1. Qabel l-1 ta’ Mejju tal-perjodu ta’ verifika, abbażi tal-kalkoli mwettqa skont l-Artikolu 16(4) u wara l-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 20 u 21, il-verifikatur għandu jirreġistra fil-bażi tad-data FuelEU l-bilanċi ta’ konformità vverifikati tal-bastiment għall-intensità tal-gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u, jekk applikabbli, għas-submira għall-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3).
Jekk bastiment ikollu defiċit ta’ konformità għas-submira tal-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-penali FuelEU għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-formula speċifikata fil-Parti B tal-Anness IV.