8. Il-kumpanija għandha tibqa’ responsabbli għall-ħlas tal-penali ta’ FuelEU, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-kumpanija tikkonkludi ftehimiet kuntrattwali mal-operaturi kummerċjali tal-bastiment li jipprevedu r-responsabbiltà tal-operaturi kummerċjali li jirrimborżaw lill-kumpanija għall-ħlas tal-penali ta’ FuelEU, meta r-responsabbiltà għax-xiri tal-karburant jew it-tħaddim tal-bastiment tkun assunta mill-operatur kummerċjali. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-tħaddim tal-bastiment għandu jfisser id-determinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr, ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment.