11. L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jiżguraw li d-dħul iġġenerat mill-penali ta’ FuelEU, jew il-valur finanzjarju ekwivalenti tiegħu, jintuża biex jappoġġa l-iskjerament u l-użu rapidu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu, billi jistimulaw il-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għas-settur marittimu, jiffaċilitaw il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet xierqa ta’ bunkering jew infrastruttura tal-provvista tal-elettriku mix-xatt xierqa fil-portijiet, u jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar u l-introduzzjoni tal-aktar teknoloġiji innovattivi fil-flotta biex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet.
Sat-30 ta’ Ġunju 2030, u kull ħames snin minn hemm’ il quddiem, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw rapport dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mill-penali ta’ Fuel EU matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel is-sena ta’ kull rapport bħal dan, inkluż informazzjoni dwar il-benefiċjarji u l-livell ta’ nfiq li jikkonċerna l-objettivi elenkati fl-ewwel subparagrafu.