+Artikolu 4 Ishma ta’ SAF disponibbli fl-ajruporti tal-Unjoni
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
|
Artikolu 4 Ishma ta’ SAF disponibbli fl-ajruporti tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Soġġett għall-Artikolu 15, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jiżguraw li l-fjuwil tal-avjazzjoni kollu li jsir disponibbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’kull ajruport tal-Unjoni jkun fih l-ishma minimi ta’ SAF, inkluż ishma minimi ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku f’konformità mal-valuri u d-dati tal-applikazzjoni stipulati fl-Anness I. Mingħajr preġudizzju għal dawk l-ishma minimi, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jiżguraw ukoll li l-fjuwil kollu li jsir disponibbli għal operaturi tal-inġenji tal-ajru f’kull ajruport tal-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2031 u mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034 jkun fih mill-inqas l-ishma medji ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi f’konformità mal-valuri stipulati fl-Anness I. Dan l-obbligu għandu jitqies ukoll li ġie ssodisfat meta l-ishma minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu jintlaħqu bl-użu ta’:
(a)
idroġenu rinnovabbli għall-avjazzjoni;
(b)
fjuwils tal-avjazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Għall-fini tal-kalkolu tal-ishma minimi fl-Anness I, meta l-idroġenu għall-avjazzjoni jsir disponibbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’ajruport tal-Unjoni:
▼C1
(a)
il-valuri dwar il-kontenut tal-enerġija tal-fjuwils rilevanti kollha għandhom ikunu dawk imsemmijin fl-Artikolu 27(2), il-punti (g) u (h), u fl-Anness III, tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew standards tal-avjazzjoni internazzjonali rilevanti rigward il-fjuwils mhux inklużi f’dak l-Anness; u
▼B
(b)
il-kontenut tal-enerġija tal-idroġenu għall-avjazzjoni fornut għandu jitqies kemm fin-numeratur kif ukoll fid-denominatur.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Meta fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jagħmel użu mill-possibbiltà stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew fejn operatur tal-inġenji tal-ajru jippumpja l-fjuwils imsemmija f’dak is-subparagrafu, ir-referenzi għall-SAF fl-Artikolu 3, il-punti (10), (11) u (27), fl-Artikoli 8, 9 u 10, fl-Artikolu 12(6) u (7), fl-Artikolu 13(1), il-punti (a), (b) u (g), fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 15(1) u fl-Anness II għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu wkoll għall-fjuwils tal-avjazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u għall-idroġenu rinnovabbli għall-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Għal kull perjodu ta’ rapportar, il-bijofjuwils tal-avjazzjoni għajr il-bijofjuwils avvanzati kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (34), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u għajr il-bijofjuwils prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX ta’ dik id-Direttiva fornuti f’ajruporti tal-Unjoni minn kull fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni, għandhom jammontaw għal massimu ta’ 3 % tal-fjuwils tal-avjazzjoni fornuti għall-finijiet tal-konformità mal-ishma minimi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-SAF prodotti mill-materja prima li ġejja għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ishma minimi tal-SAF stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament: “għelejjel tal-ikel u tal-għalf” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (40), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, għelejjel intermedji, distillat tal-aċidu xaħmi tal-palm u materjali derivati mill-palm u mis-sojja, u stokk tas-sapun u d-derivattivi tiegħu. Madankollu, dik l-esklużjoni ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe materja prima li hija inkluża fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001, skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Il-fornituri tal-fjuwils tal-avjazzjoni jistgħu juru konformità mal-obbligu li jinsab fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jużaw is-sistema ta’ bilanċ tal-massa msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(4) u (5), meta fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jonqos milli jforni l-ishma minimi stipulati fl-Anness I għal perjodu ta’ rapportar partikolari, huwa għandu tal-inqas jikkomplementa dak in-nuqqas fil-perjodu ta’ rapportar sussegwenti. Eċċezzjonalment, meta fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jonqos milli jforni l-ishma medji ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2031, dan għandu mill-inqas jikkomplementa dak in-nuqqas qabel tmiem il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034, u meta fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jonqos milli jforni l-ishma medji tal-fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034, dan għandu mill-inqas jikkomplementa dak in-nuqqas fil-perjodu ta’ rapportar sussegwenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|