+Artikolu 6 Obbligi ta’ korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni biex jiffaċilita l-aċċess għall-SAF
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Obbligi ta’ korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni biex jiffaċilita l-aċċess għall-SAF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiffaċilitaw l-aċċess ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru għal fjuwils tal-avjazzjoni li fihom ishma minimi ta’ SAF f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Meta operaturi tal-inġenji tal-ajru jirrapportaw lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti diffikultajiet fl-aċċess f’ajruport partikolari tal-Unjoni għall-fjuwils tal-avjazzjoni li jkun fihom ishma minimi ta’ SAF f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità mal-paragrafu 1. Il-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-informazzjoni kollha li jirċievu f’konformità mal-paragrafu 2. Meta l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li l-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b’dan. F’każijiet ta’ nonkonformità, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni biex jidentifika u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jindirizza n-nuqqas ta’ aċċess adegwat mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għal fjuwils tal-avjazzjoni li fihom ishma minimu ta’ SAF mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet snin wara t-talba tal-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Għall-fini tal-paragrafi 2 u 3, fejn xieraq, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni, l-amministraturi tal-fjuwil, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u kwalunkwe parti oħra kkonċernata mid-diffikultajiet irrapportati, għandhom jipprovdu, fuq talba u mingħajr dewmien żejjed, l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport tal-Unjoni u jikkooperaw mal-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport tal-Unjoni fl-identifikazzjoni u t-teħid tal-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet irrapportati.
|
|
Artikolu 6 5.
|
L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni rilevanti kollha pprovduta skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu lill-Aġenzija sabiex tkun tista’ tfassal ir-rapport tekniku msemmi fl-Artikolu 13.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|