+Artikolu 11 Awtorità kompetenti
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
|
Artikolu 11 Awtorità kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-infurzar tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-impożizzjoni ta’ multi fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, fuq il-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni, u fuq il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bl-identità tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddeżinjaw.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżerċitaw il-kompiti ta’ sorveljanza u infurzar tagħhom b’mod imparzjali u trasparenti, u b’mod indipendenti mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u l-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom skont dan ir-Regolament b’mod effiċjenti u f’waqtu.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Aġenzija għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti data aggregata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-ajruporti tal-Unjoni u l-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni rispettivi tagħhom u l-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni li għalihom huma kompetenti dawn l-awtoritajiet skont il-paragrafi 5, 6 u 7.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-Istat Membru responsabbli, li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, deżinjati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma responsabbli għal operatur tal-inġenji tal-ajru partikolari, għandu jiġi ddeterminat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 (
6
). Għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux attribwiti lil Stat Membru f’dak ir-Regolament, l-Istat Membru responsabbli għandu jiġi ddeterminat skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fil-proċess ta’ attribuzzjoni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-Eurocontrol u tista’ tikkonkludi kwalunkwe ftehim xieraq mal-Eurocontrol għal dak l-għan.
|
|
Artikolu 11 6.
|
L-Istat Membru responsabbli, li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, deżinjati f’konformità mal-paragrafu 1, huma responsabbli għal korp ta’ amministrazzjoni partikolari tal-Unjoni, għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-ġuriżdizzjoni territorjali rispettiva tal-ajruport tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 11 7.
|
L-Istat Membru responsabbli, li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, deżinjati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma responsabbli għal fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni partikolari, għandu jkun l-Istat Membru fejn il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni li ma jkollhomx l-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jkun forna l-aktar fjuwil tal-avjazzjoni fl-2023 jew fl-ewwel sena tal-forniment tal-fjuwil tal-avjazzjoni fis-suq tal-Unjoni, skont liema tkun l-aktar tard. Tali fornitur tal-fjuwil għall-avjazzjoni jista’ jippreżenta lill-awtorità kompetenti tiegħu talba motivata biex jiġi attribwit mill-ġdid lil Stat Membru ieħor, jekk huwa jkun forna l-akbar ishma tal-fjuwil tal-avjazzjoni tiegħu f’dak l-Istat Membru matul is-sentejn ta’ qabel it-talba. Id-deċiżjoni dwar l-attribuzzjoni mill-ġdid għandha ssir fi żmien sitt xhur wara t-talba mill-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni, għandha tkun soġġetta għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ attribuzzjoni mill-ġdid u għandha tintbagħat mingħajr dewmien żejjed lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni. Għandha tapplika mill-bidu tal-perjodu ta’ rapportar wara d-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|