+Artikolu 12 8.

Artikolu 12 8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun akkumula nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 relatat mal-ishma minimi tal-SAF jew ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi f’perjodu ta’ rappurtar partikolari, għandu jforni lis-suq fil-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti bi kwantità ta’ dak il-fjuwil rispettiv ugwali għal dak in-nuqqas, minbarra l-obbligu tal-perjodu ta’ rappurtar tiegħu.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2031 u mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034:

(a) 

kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun akkumula nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 relatat mal-ishma medji ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2031, għandu jforni lis-suq qabel tmiem il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034 bi kwantità ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku ugwali għal dak in-nuqqas, flimkien mal-obbligi ta’ dak il-perjodu; u

(b) 

kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun akkumula nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 relatat mal-ishma medji ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034, għandu jforni lis-suq fil-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti bi kwantità ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku ugwali għal dak in-nuqqas, flimkien mal-obbligu tal-perjodu ta’ rappurtar tiegħu.

L-issodisfar tal-obbligi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu ma għandux jeżonera lill-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni mill-obbligu li jħallas il-multi stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.