+Artikolu 12 Infurzar
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
---+Artikolu 12 10.
|
Artikolu 12 Infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi filwaqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, tan-natura, it-tul ta’ żmien, ir-rikorrenza u l-gravità tal-ksur. L-Istati Membri għandhom, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha l mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwhom.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur tal-inġenji tal-ajru li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 ikun responsabbli għal multa amministrattiva. Dik il-multa għandha tkun proporzjonata u dissważiva u mhux inqas mid-doppju tal-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni għal kull tunnellata u tal-kwantità totali annwali mhux ippumpjata fit-tank. Operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jiġi eżentat minn multa jekk jista’ juri li n-nuqqas tiegħu li jikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 5 kien ikkawżat minn ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli, barra mill-kontroll tiegħu, li l-effetti tagħhom ma setgħux jiġu evitati anki kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport tal-Unjoni li jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jindirizza nuqqas ta’ aċċess adegwat mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-fjuwils tal-avjazzjoni li fihom ishma minimi tal-SAF skont l-Artikolu 6(3) ikun soġġett għal multa.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 relatati mal-ishma minimi tal-SAF ikun soġġett għal multa. Dik il-multa għandha tkun proporzjonata u dissważiva u mhux inqas mid-doppju tal-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali u tal-SAF għal kull tunnellata bil-kwantità ta’ fjuwils tal-avjazzjoni li ma jikkonformawx mal-ishma minimi msemmi fl-Artikolu 4 u fl-Anness I.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 relatati mal-ishma minimi ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi u, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034, l-ishma medji ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, ikun soġġett għal multa. Dik il-multa għandha tkun proporzjonata u dissważiva u mhux inqas mid-doppju tal-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku u tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali għal kull tunnellata bil-kwantità tal-fjuwil tal-avjazzjoni li ma jikkonformax mal-ishma minimi msemmija fl-Artikolu 4 u fl-Anness I. Meta jistabbilixxu l-multa relatata mal-ishma medji tal-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, l-Istati Membri għandhom iqisu kwalunkwe multa, relatata mal-ishma minimi tal-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi li l-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni jkun diġà responsabbli għalihom fir-rigward tal-perjodu rispettiv imsemmi f’dan il-paragrafu, sabiex tiġi evitata penali doppja.
|
|
Artikolu 12 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun intwera li jkun ipprovda informazzjoni qarrieqa jew mhux preċiża rigward il-karatteristiċi jew l-oriġini tal-SAF li jkun forna skont l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10 ikun soġġett għal multa. Dik il-multa għandha tkun proporzjonata u dissważiva u mhux inqas mid-doppju tal-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-prezz medju annwali tal-fjuwil tal-avjazzjoni konvenzjonali u tal-SAF għal kull tunnellata bil-kwantità ta’ fjuwils tal-avjazzjoni li dwarhom tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni qarrieqa jew mhux preċiża.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Fid-deċiżjoni li timponi l-multi msemmija fil-paragrafi 2, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw il-metodoloġija applikata biex jiġi determinat il-prezz tal-fjuwil tal-avjazzjoni, tal-SAF u tal-fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku fis-suq tal-fjuwil tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Dik il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq kriterji verifikabbli u oġġettivi, inkluż mill-aħħar rapport tekniku disponibbli msemmi fl-Artikolu 13;
|
|
Artikolu 12 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun akkumula nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 relatat mal-ishma minimi tal-SAF jew ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi f’perjodu ta’ rappurtar partikolari, għandu jforni lis-suq fil-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti bi kwantità ta’ dak il-fjuwil rispettiv ugwali għal dak in-nuqqas, minbarra l-obbligu tal-perjodu ta’ rappurtar tiegħu. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2031 u mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034:
(a)
kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun akkumula nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 relatat mal-ishma medji ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2031, għandu jforni lis-suq qabel tmiem il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034 bi kwantità ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku ugwali għal dak in-nuqqas, flimkien mal-obbligi ta’ dak il-perjodu; u
(b)
kwalunkwe fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkun akkumula nuqqas mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 relatat mal-ishma medji ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034, għandu jforni lis-suq fil-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti bi kwantità ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sintetiku ugwali għal dak in-nuqqas, flimkien mal-obbligu tal-perjodu ta’ rappurtar tiegħu.
L-issodisfar tal-obbligi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu ma għandux jeżonera lill-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni mill-obbligu li jħallas il-multi stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5;
|
|
Artikolu 12 9.
|
L-Istati Membri għandu jkollhom il-qafas legali u amministrattiv meħtieġ stabbilit fil-livell nazzjonali biex jiżguraw l-issodisfar tal-obbligi u l-ġbir tal-multi.
|
|
Artikolu 12 10.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li d-dħul iġġenerat mill-multi, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, jintuża biex jiġu appoġġati proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-SAF, il-produzzjoni ta’ SAF jew mekkaniżmi li jippermettu li jitnaqqsu d-differenzi fil-prezzijiet bejn SAF u l-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali. Meta tali dħul jiġi allokat għall-baġit ġenerali ta’ Stat Membru, Stat Membru għandu jitqies li kkonforma mal-ewwel subparagrafu, jekk jimplimenta politiki ta’ appoġġ finanzjarju biex jiġu appoġġati proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam ta’ SAF, il-produzzjoni ta’ SAF jew politiki li jappoġġaw mekkaniżmi li jippermettu li jitnaqqsu d-differenzi fil-prezzijiet bejn SAF u l-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali, li għandhom valur ekwivalenti jew ogħla għad-dħul iġġenerat mill-multi. Sal-25 ta’ Settembru 2026, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw rapport dwar l-użu li jkun sar mid-dħul aggregat iġġenerat mill-multi, u informazzjoni dwar il-livell ta’ nefqa allokat għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam ta’ SAF, il-produzzjoni ta’ SAF jew politiki li jappoġġaw mekkaniżmi li jippermettu li jitnaqqsu d-differenzi fil-prezzijiet bejn SAF u l-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|