|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“entità” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika:
(a)
li hija meħtieġa tissottometti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), lil korp ta’ ġbir; jew
(b)
li tissottometti informazzjoni lil korp ta’ ġbir fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (b), sabiex dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP;
(2)
“korp ta’ ġbir” tfisser korp tal-Unjoni, uffiċċju jew aġenzija jew korp, awtorità jew reġistru nazzjonali ddeżinjati bħala tali skont kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a) jew iddeżinjati bħala tali minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 3(2);
(3)
“format ta’ data li tista’ tiġi estratta” tfisser kwalunkwe format miftuħ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tad-Direttiva (UE) 2019/1024 li jintuża b’mod wiesa’ jew li huwa meħtieġ bil-liġi, li jippermetti l-estrazzjoni ta’ data minn magna u li jista’ jinqara mill-bniedem;
(4)
“format li jinqara mill-magni” tfisser format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tad-Direttiva (UE) 2019/1024;
(5)
“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(6)
“interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet” jew “API” tfisser sett ta’ funzjonijiet, proċeduri, definizzjonijiet u protokolli għall-komunikazzjoni bejn magna u oħra u l-iskambju ta’ data mingħajr xkiel;
(7)
“metadata” tfisser informazzjoni strutturata li tagħmilha aktar faċli sabiex tiġi rkuprata, użata jew immaniġġjata riżorsa ta’ informazzjoni, inkluż billi tiddeskrivi, tispjega jew tillokalizza s-sors ta’ dik l-informazzjoni;
(8)
“data personali” tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679;
(9)
“informazzjoni storika” tfisser l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), li tkun saret pubblika mhux qabel ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżit li dik l-informazzjoni tiġi sottomessa lill-ESAP;
(10)
“Kumitat Konġunt” tfisser il-kumitat msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|