|
+Artikolu 3 4. |
Artikolu 3 4.Meta jiżviluppaw l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-ASE għandhom iqisu kwalunkwe standard li diġà jeżisti fl-atti leġiżlattivi settorjali korrispondenti tal-Unjoni u, b’mod partikolari, kwalunkwe standard imfassal speċifikament għall-SMEs. L-ASE għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2028. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jadottaw linji gwida għall-entitajiet biex jiżguraw li l-metadata sottomessa tkun korretta, inklużi l-kundizzjonijiet għall-inklużjoni ta’ data personali fis-sottomissjonijiet volontarji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|