|
+Artikolu 5 10. |
Artikolu 5 10.L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
kif għandhom jitwettqu l-validazzjonijiet awtomatizzati tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, għal kull tip ta’ informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
(b)
il-karatteristiċi tas-siġill elettroniku kwalifikat imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c)(iii), ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
il-liċenzji standard miftuħa msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) ta’ dan l-Artikolu;
(d)
il-karatteristiċi tal-API li għandhom jiġu implimentati skont il-paragrafu 1, il-punt (e) ta’ dan l-Artikolu;
(e)
il-karatteristiċi tal-metadata meħtieġa għall-funzjoni tat-tiftix tal-ESAP imsemmija fl-Artikolu 7(3), il-metadata msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u kwalunkwe metadata oħra meħtieġa għall-funzjonament tal-ESAP;
(f)
il-liċenzji standard miftuħa msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e) ta’ dan l-Artikolu;
(g)
il-lista indikattiva u l-karatteristiċi tal-formati li huma aċċettabbli bħala formati ta’ data li tista’ tiġi estratta u bħala formati li jinqraw mill-magni kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c)(i) ta’ dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|