+Artikolu 5 Kompiti tal-korpi ta’ ġbir u r-responsabbiltajiet tal-entitajiet
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
---+Artikolu 5 11.
---+Artikolu 5 12.
|
Artikolu 5 Kompiti tal-korpi ta’ ġbir u r-responsabbiltajiet tal-entitajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-korpi ta’ ġbir għandhom jagħmlu dan li ġej:
(a)
jiġbru l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
(b)
jaħżnu l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet jew iġġenerata mill-korpi ta’ ġbir infushom u, meta rilevanti, jiddependu fuq il-proċeduri eżistenti u l-infrastruttura fis-seħħ għall-ħżin tal-informazzjoni;
(c)
iwettqu validazzjonijiet awtomatizzati tekniċi fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet sabiex jivverifikaw jekk l-informazzjoni tikkonformax ma’ dan li ġej:
(i)
tkun ġiet sottomessa bl-użu ta’ format ta’ data li tista’ tiġi estratta jew, meta jkun xieraq, il-format li jinqara mill-magni speċifikat fi kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), li skonthom tiġi sottomessa l-informazzjoni;
(ii)
il-metadata għall-informazzjoni, kif speċifikat skont il-paragrafu 10, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu u, meta applikabbli, l-Artikolu 3(1), il-punt (a), tkun disponibbli u kompluta;
(iii)
tkun akkumpanjata minn siġill elettroniku kwalifikat, meta meħtieġ;
(d)
ma jimponux kundizzjonijiet fuq l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP, għajr kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fil-liċenzji standard miftuħa kif imsemmi fl-Artikolu 9;
(e)
jimplimentaw l-API u, mingħajr ħlas u fil-limiti ta’ żmien applikabbli, jipprovdu lill-ESAP l-informazzjoni, il-metadata għal dik l-informazzjoni u, meta meħtieġa, is-siġill elettroniku kwalifikat;
(f)
sa fejn jaqa’ fil-kompetenza teknika tal-korp ta’ ġbir, jipprovdu assistenza lill-entitajiet li jissottomettu l-informazzjoni fir-rigward ta’, mill-anqas, il-proċess ta’ sottomissjoni, rifjut u sottomissjoni mill-ġdid;
(g)
jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) tibqa’ disponibbli għall-ESAP għal mill-anqas għaxar (10) snin, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a).
Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, il-korpi ta’ ġbir għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw li, meta l-metadata li takkumpanja l-informazzjoni sottomessa tirreferi għal kwalunkwe data personali, dik l-informazzjoni ma tinżammx għall-fini li ssir disponibbli għall-ESAP, u lanqas ma ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, għal aktar minn ħames (5) snin, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-korpi ta’ ġbir jistgħu jirrifjutaw informazzjoni sottomessa mill-entitajiet, metal-informazzjoni tkun manifestament mhux xierqa, abbużiva, jew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1). Il-korpi ta’ ġbir għandhom ineħħu l-informazzjoni li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP li huma jiddeterminaw li hija manifestament mhux xierqa, abbużiva jew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1).
|
|
Artikolu 5 3.
|
Il-korpi ta’ ġbir għandhom jirrifjutaw informazzjoni sottomessa minn entitajiet meta l-validazzjonijiet awtomatizzati msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu jiżvelaw li l-informazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-punt jew, meta rilevanti, abbażi tan-notifiki riċevuti skont l-Artikolu 10(2).
|
|
Artikolu 5 4.
|
Il-korpi ta’ ġbir għandhom jinnotifikaw lill-entitajiet bir-rifjut jew it-tneħħija tal-informazzjoni u r-raġunijiet għalihom, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Meta l-informazzjoni sottomessa minn entità skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), tiġi rrifjutata jew titneħħa minn korp ta’ ġbir, dik l-entità għandha tirrettifika u tissottometti mill-ġdid l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-korp ta’ ġbir għandu jinnotifika lill-ESMA meta l-informazzjoni tkun ġiet rifjutata, titneħħa jew tiġi sostitwita skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-entitajiet jistgħu jagħżlu li jissottomettu informazzjoni darba biss u lil korp ta’ ġbir wieħed biss. Is-sottomissjoni u kwalunkwe sottomissjoni mill-ġdid tal-informazzjoni, flimkien mal-metadata rilevanti li takkumpanjaha, għandhom isiru lill-istess korp ta’ ġbir.
|
|
Artikolu 5 6.
|
L-entitajiet għandhom ikunu responsabbli għall-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni fil-lingwa li tiġi sottomessa, kif ukoll għall-metadata rilevanti li takkumpanjaha li jissottomettu lill-korpi ta’ ġbir. B’mod partikolari, l-entitajiet għandhom ikunu responsabbli għall-identifikazzjoni tal-inklużjoni tad-data personali fl-informazzjoni li jissottomettu lill-korp ta’ ġbir flimkien mal-metadata rilevanti li takkumpanjaha li tindika jekk l-informazzjoni fihiex data personali.
|
|
Artikolu 5 7.
|
Fir-rigward tal-informazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-korpi ta’ ġbir ma għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta’ min jagħmel il-bażi tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), jew kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali ieħor b’tali mod li jipprevjenu jew jirrestrinġu l-użu u l-użu mill-ġdid tal-kontenut tal-bażi tad-data skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 8.
|
Korp ta’ ġbir jista’ jiddelega l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c), (e), (f), (g) u l-paragrafi 3 u 4 lil persuna ġuridika rregolata mil-liġijiet ta’ Stat Membru jew lil korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni (“id-delegat”). Kwalunkwe delega ta’ kompiti għandha tieħu l-forma ta’ ftehim bil-miktub li jispeċifika l-kompiti li għandhom jiġu ddelegati u l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu (“ftehim ta’ delega”). Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ delega għandhom jiżguraw li:
(a)
id-delegat ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess;
(b)
id-delegat ma jużax l-informazzjoni miksuba b’mod mhux xieraq jew b’mod antikompetittiv jew għal fini ieħor għajr dak iddikjarat fil-ftehim ta’ delega;
(c)
id-delegat jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 fir-rigward tal-kompiti ddelegati;
(d)
id-delegat jinforma regolarment lill-korp ta’ ġbir dwar il-prestazzjoni ġenerali tiegħu tal-kompiti ddelegati;
(e)
mingħajr dewmien żejjed id-delegat jinforma lill-korp ta’ ġbir dwar kwalunkwe nuqqas ta’ twettiq ta’ kompitu ddelegat.
Il-korp ta’ ġbir għandu jibqa’ responsabbli għal kwalunkwe kompitu li jiddelega, inkluż li jagħmel disponibbli lill-ESMA kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-ESMA rigward kompitu ddelegat. Ir-responsabbiltà tal-korp ta’ ġbir ma għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li l-korp ta’ ġbir ikun iddelega kompiti lil parti terza. Il-korp ta’ ġbir ma għandux jiddelega l-kompiti tiegħu sal-punt li ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala korp ta’ ġbir. Il-korp ta’ ġbir għandu jiżgura li kwalunkwe delega tal-kompiti tiġi eżerċitata b’mod kosteffiċjenti u li, sa fejn ikun possibbli, id-delega tintuża biex tippermetti li l-proċeduri ta’ ġbir u l-infrastruttura eżistenti jkomplu japplikaw għall-finijiet tal-ESAP. Il-korp ta’ ġbir għandu jinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe ftehim ta’ delega li jikkonkludi.
|
|
Artikolu 5 9.
|
Il-korpi ta’ ġbir għandhom jiżguraw livelli xierqa ta’ awtentiċità, disponibbiltà, integrità u nonripudju tal-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet li għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għall-finijiet li jiġu żgurati dawk il-livelli, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi ta’ ġbir jitolbu li l-informazzjoni li tiġi sottomessa mill-entitajiet li għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP tkun akkumpanjata minn siġill elettroniku kwalifikat.
|
|
Artikolu 5 10.
|
L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
kif għandhom jitwettqu l-validazzjonijiet awtomatizzati tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, għal kull tip ta’ informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
(b)
il-karatteristiċi tas-siġill elettroniku kwalifikat imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c)(iii), ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
il-liċenzji standard miftuħa msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) ta’ dan l-Artikolu;
(d)
il-karatteristiċi tal-API li għandhom jiġu implimentati skont il-paragrafu 1, il-punt (e) ta’ dan l-Artikolu;
(e)
il-karatteristiċi tal-metadata meħtieġa għall-funzjoni tat-tiftix tal-ESAP imsemmija fl-Artikolu 7(3), il-metadata msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u kwalunkwe metadata oħra meħtieġa għall-funzjonament tal-ESAP;
(f)
il-liċenzji standard miftuħa msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e) ta’ dan l-Artikolu;
(g)
il-lista indikattiva u l-karatteristiċi tal-formati li huma aċċettabbli bħala formati ta’ data li tista’ tiġi estratta u bħala formati li jinqraw mill-magni kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c)(i) ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 5 11.
|
Meta jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 10, l-ASE għandhom iqisu kwalunkwe standard li diġà jeżisti fl-atti leġiżlattivi settorjali korrispondenti tal-Unjoni u b’mod partikolari kwalunkwe standard imfassal speċifikament għall-SMEs. L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Settembru 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 5 12.
|
Il-korpi ta’ ġbir li huma korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni li jagħmlu l-informazzjoni storika disponibbli għall-ESAP f’konformità mal-Artikolu 1(3) għandhom jagħmlu dan li ġej:
(a)
jippreparaw dik l-informazzjoni f’format ta’ data li tista’ tiġi estratta;
(b)
jakkumpanjaw dik l-informazzjoni b’metadata li tispeċifika dan li ġej:
(ii)
it-tip ta’ informazzjoni, kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c);
(iii)
meta disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entità, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b);
(c)
jispeċifikaw li l-informazzjoni hija informazzjoni storika.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (g) ta’ dan l-Artikolu, informazzjoni storika ma għandiex tkun aċċessibbli fuq l-ESAP għal aktar minn ħames snin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2859
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|