+Artikolu 9 L-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 L-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
La l-ESMA u lanqas il-korpi ta’ ġbir ma għandhom jassumu kwalunkwe responsabbiltà għall-aċċess, għall-użu jew għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet lill-korpi ta’ ġbir u li tkun aċċessibbli fuq l-ESAP.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Id-data personali aċċessibbli fuq l-ESAP għandha tintuża u terġa’ tintuża f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Kwalunkwe data personali li terġa’ tintuża ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli meħtieġ u fi kwalunkwe każ għal mhux aktar minn ħames snin, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-ESMA għandha tiżgura li l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP ma jkunux suġġetti għall-ebda kundizzjoni dment li dawk il-kundizzjonijiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
huma oġġettivi u nondiskriminatorji;
(b)
ikunu ġġustifikati abbażi ta’ objettiv ta’ interess pubbliku;
(c)
meta xieraq, skont it-tip ta’ informazzjoni, jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’liċenzji standard miftuħa skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2019/1024, u jippermettu l-użu, il-modifika u l-kondiviżjoni mingħajr ħlas ta’ dik l-informazzjoni minn kulħadd u għal kwalunkwe fini.
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-użu u l-użu mill-ġdid għal finijiet regolatorji u mhux kummerċjali tal-informazzjoni li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP ma għandhomx ikunu limitati mill-entitajiet li jissottomettu l-informazzjoni tagħhom għall-pubblikazzjoni abbażi ta’ dritt sui generis imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2859
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|