|
+Artikolu 13 4. |
Artikolu 13 4.Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 14 li jemenda l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sabiex tipposponi l-inklużjoni fuq l-ESAP ta’ informazzjoni li għaliha s-sottomissjoni lill-ESAP għadha mhijiex meħtieġa jew permessa skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), b’massimu ta’ 36 xahar jekk il-Kummissjoni tikkonkludi fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li hemm evidenza ta’ diffikultajiet severi u pervażivi fir-rigward tal-elementi elenkati fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu. L-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinkludu dan li ġej:
—
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-Artikolu 434b);
—
Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 (l-Artikolu 13a);
—
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 (l-Artikolu 23a);
—
Ir-Regolament (UE) 2015/760 (l-Artikolu 25a);
—
Ir-Regolament (UE) 2015/2365 (l-Artikolu 32a);
—
Ir-Regolament (UE) 2017/1131 (l-Artikolu 37a);
—
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 (l-Artikolu 46a);
—
Ir-Regolament (UE) 2023/1114 (l-Artikolu 110a);
—
Ir-Regolament (UE) 2023/2631 (l-Artikolu 15a);
—
Id-Direttiva 2002/87/KE (l-Artikolu 30b);
—
Id-Direttiva 2004/25/KE (l-Artikolu 16a);
—
Id-Direttiva 2006/43/KE (l-Artikolu 20a);
—
Id-Direttiva 2007/36/KE (l-Artikolu 14c);
—
Id-Direttiva 2009/138/KE (l-Artikolu 304b);
—
Id-Direttiva 2011/61/UE (l-Artikolu 69b);
—
Id-Direttiva 2013/36/UE (l-Artikolu 116a);
—
Id-Direttiva 2014/59/UE (l-Artikolu 128a);
—
Id-Direttiva 2014/65/UE (l-Artikolu 87a);
—
Id-Direttiva (UE) 2016/97 (l-Artikolu 40a);
—
Id-Direttiva (UE) 2016/2341 (l-Artikolu 63a);
—
Id-Direttiva (UE) 2019/2034 (l-Artikolu 44a);
—
Id-Direttiva (UE) 2019/2162 (l-Artikolu 29a).
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|