+Artikolu 13 Rieżami
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
|
Artikolu 13 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Sal-10 ta’ Jannar 2029 il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, u filwaqt li tqis ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 12, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tal-ESAP.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
l-isfidi tekniċi ffaċċjati mill-entitajiet u mill-korpi ta’ ġbir matul l-implimentazzjoni tal-ESAP;
(b)
l-effettività tas-sistema ta’ ġbir u trażmissjoni ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-ESAP;
(c)
ir-reżiljenza operazzjonali tal-ESAP kontra r-riskji tal-ICT u l-affidabbiltà tal-informazzjoni li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, inkluż permezz ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati;
(d)
il-kostijiet imġarrba mill-entitajiet u mill-korpi ta’ ġbir, inkluża valutazzjoni ta’ jekk il-korpi ta’ ġbir li huma awtoritajiet kompetenti żidux it-tariffi superviżorji tagħhom bħala riżultat tal-kostijiet imġarrba minħabba l-ESAP;
(e)
il-kostijiet imġarrba mill-ESMA bħala l-operatur tal-ESAP u l-iskema ta’ finanzjament tal-ESAP;
(f)
l-impatt tal-ESAP fuq l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni tal-entitajiet fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà;
(g)
l-impatt tal-ESAP fuq il-viżibbiltà tal-entitajiet għall-investituri transfruntiera, inkluża l-viżibbiltà tal-SMEs;
(h)
l-impatt tal-ESAP fuq il-pożizzjoni tas-suq tal-fornituri tad-data privati fl-Unjoni;
(i)
l-interoperabbiltà tal-ESAP ma’ pjattaformi globali simili;
(j)
l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP fir-rigward tad-delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 5(8).
|
|
Artikolu 13 3.
|
Filwaqt li jitqiesu l-valur miżjud, l-isfidi tekniċi u l-kostijiet mistennija, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi analiżi tal-kostijiet-benefiċċji marbuta mal-inklużjoni futura fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ta’ informazzjoni rilevanti possibbli li tkun għadha mhijiex aċċessibbli fuq l-ESAP fiż-żmien meta jitfassal ir-rapport, u b’hekk tirriżulta f’diskrepanza fid-data. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar l-iżvilupp futur tal-ESAP.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 14 li jemenda l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sabiex tipposponi l-inklużjoni fuq l-ESAP ta’ informazzjoni li għaliha s-sottomissjoni lill-ESAP għadha mhijiex meħtieġa jew permessa skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), b’massimu ta’ 36 xahar jekk il-Kummissjoni tikkonkludi fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li hemm evidenza ta’ diffikultajiet severi u pervażivi fir-rigward tal-elementi elenkati fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu. L-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinkludu dan li ġej:
—
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-Artikolu 434b);
—
Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 (l-Artikolu 13a);
—
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 (l-Artikolu 23a);
—
Ir-Regolament (UE) 2015/760 (l-Artikolu 25a);
—
Ir-Regolament (UE) 2015/2365 (l-Artikolu 32a);
—
Ir-Regolament (UE) 2017/1131 (l-Artikolu 37a);
—
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 (l-Artikolu 46a);
—
Ir-Regolament (UE) 2023/1114 (l-Artikolu 110a);
—
Ir-Regolament (UE) 2023/2631 (l-Artikolu 15a);
—
Id-Direttiva 2002/87/KE (l-Artikolu 30b);
—
Id-Direttiva 2004/25/KE (l-Artikolu 16a);
—
Id-Direttiva 2006/43/KE (l-Artikolu 20a);
—
Id-Direttiva 2007/36/KE (l-Artikolu 14c);
—
Id-Direttiva 2009/138/KE (l-Artikolu 304b);
—
Id-Direttiva 2011/61/UE (l-Artikolu 69b);
—
Id-Direttiva 2013/36/UE (l-Artikolu 116a);
—
Id-Direttiva 2014/59/UE (l-Artikolu 128a);
—
Id-Direttiva 2014/65/UE (l-Artikolu 87a);
—
Id-Direttiva (UE) 2016/97 (l-Artikolu 40a);
—
Id-Direttiva (UE) 2016/2341 (l-Artikolu 63a);
—
Id-Direttiva (UE) 2019/2034 (l-Artikolu 44a);
—
Id-Direttiva (UE) 2019/2162 (l-Artikolu 29a).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2859
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|