+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
It-termini użati f’din id-Direttiva għall-fini tad-deskrizzjoni ta’ imġiba elenkata fl-Artikolu 3(2) għandhom jinftiehmu, meta jkun applikabbli, f’konformità mad-definizzjonijiet ipprovduti fil-liġi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (a).
Artikolu 2 2.

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha tali status skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità tal-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;

(b) 

“ħabitat f’sit protett” tfisser kwalunkwe ħabitat ta’ speċijiet li għalih żona hija kklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 2009/147/KE, jew kwalunkwe ħabitat naturali jew ħabitat ta’ speċijiet, li għalih sit iddeżinjat bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE jew li għalih sit jiġi elenkat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(c) 

“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali, fungi u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom, li jinteraġixxu bħala unità funzjonali, u jinkludu tipi ta’ ħabitats, ħabitats ta’ speċijiet u popolazzjonijiet ta’ speċijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.