|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha tali status skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità tal-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;
(b)
“ħabitat f’sit protett” tfisser kwalunkwe ħabitat ta’ speċijiet li għalih żona hija kklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 2009/147/KE, jew kwalunkwe ħabitat naturali jew ħabitat ta’ speċijiet, li għalih sit iddeżinjat bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE jew li għalih sit jiġi elenkat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE;
(c)
“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali, fungi u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom, li jinteraġixxu bħala unità funzjonali, u jinkludu tipi ta’ ħabitats, ħabitats ta’ speċijiet u popolazzjonijiet ta’ speċijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|