|
+Artikolu 5 3. |
Artikolu 5 3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu wettqu r-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikoli 3 u 4 jistgħu jkunu soġġetti għal pieni jew miżuri kriminali jew penali jew miżuri mhux kriminali aċċessorji li jistgħu jinkludu dan li ġej:
(a)
obbligu li:
(i)
jirrestawraw l-ambjent f’perjodu speċifiku, jekk il-ħsara tkun riversibbli, jew
(ii)
iħallsu kumpens għall-ħsara lill-ambjent, jekk il-ħsara tkun irriversibbli jew jekk it-trasgressur ma jkollux il-kapaċità li jwettaq tali restawr;
(b)
multi li jkunu proporzjonati għall-gravità tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u oħrajn tal-persuna fiżika kkonċernata u, meta jkun rilevanti, li jiġu ddeterminati filwaqt li jitqiesu debitament il-gravità u d-durata tal-ħsara kkawżata lill-ambjent u tal-benefiċċji finanzjarji ġġenerati mir-reat;
(c)
esklużjoni mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ akkwist, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji;
(d)
skwalifika mill-eżerċitar, fi ħdan persuna ġuridika, ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija tal-istess tip użat għat-twettiq tar-reat;
(e)
irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fir-reat kriminali rilevanti;
(f)
projbizzjonijiet temporanji fuq il-ħruġ ta’ persuna għal kariga pubblika;
(g)
meta jkun hemm interess pubbliku, wara valutazzjoni għal kull każ speċifiku, il-pubblikazzjoni tat-totalità jew ta’ parti tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mar-reat kriminali mwettaq u l-penali jew il-miżuri imposti, li tista’ tinkludi d-data personali tal-persuni kkundannati f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati biss. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|