+Artikolu 5 Penali għal persuni fiżiċi
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.

Artikolu 5 Penali għal persuni fiżiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikoli 3 u 4 jkunu punibbli permezz ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 5 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) 

ir-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2), il-punti (a) sa (d), u l-punti (f), (j), (k), (l) u (r), ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas għaxar snin snin jekk jikkawżaw il-mewt ta’ kwalunkwe persuna;

(b) 

ir-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3) ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tmien snin;

(c) 

ir-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(4), meta dak il-paragrafu jirreferi għall-Artikolu 3(2), il-punti (a) sa (d), u l-punti (f), (j), (k) u (l), ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas ħames snin jekk jikkawżaw il-mewt ta’ kwalunkwe persuna;

(d) 

ir-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2), il-punti (a) sa (l), il-punti (p), (s) u (t), ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas ħames snin;

(e) 

ir-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2), il-punti (m), (n), (o), (q) u (r), ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin.

Artikolu 5 3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu wettqu r-reati kriminali li jaqgħu taħt l-Artikoli 3 u 4 jistgħu jkunu soġġetti għal pieni jew miżuri kriminali jew penali jew miżuri mhux kriminali aċċessorji li jistgħu jinkludu dan li ġej:

(a) 

obbligu li:

(i) 

jirrestawraw l-ambjent f’perjodu speċifiku, jekk il-ħsara tkun riversibbli, jew

(ii) 

iħallsu kumpens għall-ħsara lill-ambjent, jekk il-ħsara tkun irriversibbli jew jekk it-trasgressur ma jkollux il-kapaċità li jwettaq tali restawr;

(b) 

multi li jkunu proporzjonati għall-gravità tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u oħrajn tal-persuna fiżika kkonċernata u, meta jkun rilevanti, li jiġu ddeterminati filwaqt li jitqiesu debitament il-gravità u d-durata tal-ħsara kkawżata lill-ambjent u tal-benefiċċji finanzjarji ġġenerati mir-reat;

(c) 

esklużjoni mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ akkwist, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji;

(d) 

skwalifika mill-eżerċitar, fi ħdan persuna ġuridika, ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija tal-istess tip użat għat-twettiq tar-reat;

(e) 

irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fir-reat kriminali rilevanti;

(f) 

projbizzjonijiet temporanji fuq il-ħruġ ta’ persuna għal kariga pubblika;

(g) 

meta jkun hemm interess pubbliku, wara valutazzjoni għal kull każ speċifiku, il-pubblikazzjoni tat-totalità jew ta’ parti tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mar-reat kriminali mwettaq u l-penali jew il-miżuri imposti, li tista’ tinkludi d-data personali tal-persuni kkundannati f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.