+Artikolu 8 Ċirkostanzi aggravanti

Artikolu 8 Ċirkostanzi aggravanti

Artikolu 8

Ċirkostanzi aggravanti

Sal-punt li ċ-ċirkostanzi li ġejjin ma jkunux jagħmlu parti mill-elementi li jikkostitwixxu r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati kriminali rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin ikunu jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti:

(a) 

ir-reat ikun ikkawża l-qerda ta’ ekosistema jew ħsara sostanzjali irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema;

(b) 

ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI ( 23 );

(c) 

ir-reat kien jinvolvi l-użu min-naħa tat-trasgressur ta’ dokumenti foloz jew falsifikati;

(d) 

ir-reat ikun twettaq minn uffiċjal pubbliku waqt it-twettiq ta’ dmirijietu;

(e) 

it-trasgressur ikun preċedentement ġie kkundannat permezz ta’ sentenza finali għal reati tal-istess natura bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3 jew 4;

(f) 

ir-reat ikun iġġenera, jew kien mistenni li jiġġenera, benefiċċji finanzjarji sostanzjali, jew ikun evita spejjeż sostanzjali, direttament jew indirettament, sal-punt li tali benefiċċji jew spejjeż ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(g) 

it-trasgressur ikun qered l-evidenza, jew intimida xhieda jew ilmentaturi;

(h) 

ir-reat ikun twettaq f’żona kklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 2009/147/KE, jew sit iddeżinjat bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE jew sit elenkat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE.

Iċ-ċirkostanza aggravanti msemmija fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għar-reati kriminali koperti mill-Artikolu 3(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.