+Artikolu 11 Perjodi ta’ preskrizzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Perjodi ta’ preskrizzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevedu perjodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u l-aġġudikazzjoni tar-reati kriminali msemmijin fl-Artikoli 3 u 4 għal biżżejjed żmien wara li jkunu twettqu dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu ttrattati b’mod effettiv.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevedu perijodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-infurzar ta’ pieni imposti wara kundanna finali għal reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għal biżżejjed żmien wara dik il-kundanna.

Artikolu 11 2.

Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandu jkun kif ġej:

(a) 

mill-inqas għaxar snin mit-twettiq ta’ reat kriminali punibbli b’terminu massimuta’ priġunerija ta’ mill-inqas għaxar snin;

(b) 

mill-inqas ħames snin mit-twettiq ta’ reat kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas ħames snin;

(c) 

mill-inqas tliet snin mit-twettiq ta’ reat kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin.

Artikolu 11 3.

Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, għandu jkun kif ġej:

(a) 

mill-inqas għaxar snin mid-data tal-aħħar kundanna fil-każijiet li ġejjin:

(i) 

piena ta’ priġunerija ta’ aktar minn ħames snin, jew alternattivament

(ii) 

piena ta’ priġunerija għal reat kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas għaxar snin;

(b) 

mill-inqas ħames snin mid-data tal-aħħar kundanna fil-każijiet li ġejjin:

(i) 

piena ta’ priġunerija ta’ aktar minn sena, jew alternattivament

(ii) 

piena ta’ priġunerija għal reat kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas ħames snin; u

(c) 

mill-inqas tliet snin mid-data tal-aħħar kundanna fil-każijiet li ġejjin:

(i) 

piena ta’ priġunerija ta’ mhux aktar minn sena, jew alternattivament

(ii) 

piena ta’ priġunerija għal reat kriminali li huwa punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin.

Artikolu 11 4.
B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ preskrizzjoni li jkun iqsar minn għaxar snin, iżda mhux iqsar minn ħames snin, dment li tali perjodu ta’ preskrizzjoni jkun jista’ jiġi interrott jew sospiż f’każ ta’ atti speċifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.