+Artikolu 12 Ġuriżdizzjoni
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
|
Artikolu 12 Ġuriżdizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 meta:
(a)
ir-reat ikun twettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu;
(b)
ir-reat ikun twettaq abbord bastiment jew inġenju tal-ajru rreġistrat fl-Istat Membru kkonċernat, jew li jtajjar il-bandiera tiegħu;
(c)
il-ħsara li hija wieħed mill-elementi kostitwenti tar-reat tkun seħħet fit-territorju tiegħu; jew
(d)
it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta huwa jiddeċiedi li jestendi l-ġuriżdizzjoni tiegħu għal wieħed jew aktar mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu twettqu lil hinn mit-territorju tiegħu, meta:
(a)
it-trasgressur ikun resident abitwali fit-territorju tiegħu;
(b)
ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;
(c)
ir-reat ikun twettaq kontra wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew mir-residenti abitwali tiegħu; jew
(d)
ir-reat ikun ħoloq riskju serju għall-ambjent fit-territorju tiegħu.
Meta reat kriminali imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 jaqa’ fil-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-proċedimenti kriminali. Meta jkun xieraq u f’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI (
25
), il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Eurojust.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunx soġġett għall-kundizzjoni li prosekuzzjoni tkun tista’ tinbeda biss wara denunzja mill-Istat tal-post fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|