Artikolu 14
Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati kriminali ambjentali jew jassistu fl-investigazzjoni tagħhom
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/1937, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe persuna li tirrapporta r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva, li tipprovdi evidenza jew li b’xi mod ieħor tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, ikollha aċċess għal miżuri ta’ appoġġ u assistenza fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali, f’konformità mal-liġi nazzjonali.