+Artikolu 19 Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru

Artikolu 19 Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru

Artikolu 19

Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livelli strateġiċi u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni ta’ reati kriminali ambjentali u fil-ġlieda kontrihom. Tali mekkaniżmi għandhom mill-inqas ikunu mmirati lejn:

(a) 

l-iżgurar ta’ prijoritajiet komuni u ta’ fehim komuni tar-relazzjoni bejn l-infurzar kriminali u l-infurzar amministrattiv;

(b) 

l-iskambju ta’ informazzjoni għal finijiet strateġiċi u operazzjonali, fil-limiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali applikabbli;

(c) 

konsultazzjoni f’investigazzjonijiet individwali, fil-limiti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) 

l-iskambju tal-aħjar prattika;

(e) 

l-għoti ta’ assistenza lin-networks Ewropej ta’ operaturi li jaħdmu fuq kwistjonijiet rilevanti għall-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali u l-ksur relatat.

Il-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jieħdu l-forma ta’ korpi ta’ koordinazzjoni speċjalizzati, memoranda ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, networks nazzjonali ta’ infurzar u attivitajiet konġunti ta’ taħriġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.