|
+Artikolu 21 1. |
Artikolu 21 1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw strateġija nazzjonali dwar il-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali sal-21 ta’ Mejju 2027. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jimplimentaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom mingħajr dewmien żejjed. L-istrateġija nazzjonali għandha tindirizza mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika nazzjonali fil-qasam tar-reati kriminali ambjentali, inkluż f’każijiet transfruntiera, u l-arranġamenti għal evalwazzjoni regolari ta’ jekk humiex qed jintlaħqu;
(b)
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fil-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali, inkluż fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif ukoll mal-korpi kompetenti tal-Unjoni u fir-rigward tal-għoti ta’ assistenza lin-networks Ewropej li jaħdmu fuq kwistjonijiet direttament rilevanti għall-ġlieda kontra dawk ir-reati, inkluż f’każijiet transfruntiera;
(c)
kif se tiġi appoġġata l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti tal-infurzar, stima tar-riżorsi allokati għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u evalwazzjoni tal-ħtiġijiet futuri f’dak ir-rigward. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|