+Artikolu 21 Strateġija nazzjonali
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.

Artikolu 21 Strateġija nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw strateġija nazzjonali dwar il-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali sal-21 ta’ Mejju 2027.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jimplimentaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom mingħajr dewmien żejjed. L-istrateġija nazzjonali għandha tindirizza mill-inqas dan li ġej:

(a) 

l-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika nazzjonali fil-qasam tar-reati kriminali ambjentali, inkluż f’każijiet transfruntiera, u l-arranġamenti għal evalwazzjoni regolari ta’ jekk humiex qed jintlaħqu;

(b) 

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fil-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali, inkluż fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif ukoll mal-korpi kompetenti tal-Unjoni u fir-rigward tal-għoti ta’ assistenza lin-networks Ewropej li jaħdmu fuq kwistjonijiet direttament rilevanti għall-ġlieda kontra dawk ir-reati, inkluż f’każijiet transfruntiera;

(c) 

kif se tiġi appoġġata l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti tal-infurzar, stima tar-riżorsi allokati għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u evalwazzjoni tal-ħtiġijiet futuri f’dak ir-rigward.

Artikolu 21 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija nazzjonali tagħhom tiġi riveduta u aġġornata f’intervalli regolari li ma jkunux itwal minn ħames snin, abbażi ta’ approċċ abbażi ta’ analiżi tar-riskju, sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi u x-xejriet rilevanti u t-theddid relatat fir-rigward tar-reati ambjentali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.