+Artikolu 5 Iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
|
Artikolu 5 Iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini jew ta’ unitajiet ta’ bini fl-użu tal-enerġija, jiġu ffissati bil-għan li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali u, fejn rilevanti, valuri ta’ referenza aktar stretti bħal rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u rekwiżiti ta’ bini b’emissjonijiet żero. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 4. Il-livelli kostottimali għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva msemmi fl-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġu ffissati għall-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu mibdula jew rinnovati, bil-ħsieb li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-elementi tal-bini f’livell li jiffaċilita l-installazzjoni effettiva ta’ sistemi tat-tisħin b’temperatura baxxa f’bini rinnovat. Meta jiffissaw ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji ta’ bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jieħdu kont tal-kwalità ambjentali interna ottimali, biex jiġu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata, kif ukoll il-kondizzjonijiet lokali u l-funzjoni mogħtija u l-età tal-bini. L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’intervalli regolari li m’ għandhomx ikunu itwal minn ħames snin u għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jaġġornawhom biex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini, ir-riżultati tal-kalkolu kostottimali stabbilit fl-Artikolu 6, u l-miri u l-politiki nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-Istati Membri jistgħu li jadattaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal bini protett uffiċjalment fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti tbiddel b’mod inaċċettabbli l-karattru jew id-dehra tiegħu.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:
(a)
bini li jkun proprjetà tal-forzi armati jew tal-gvern ċentrali u li jaqdi skopijiet ta’ difiża nazzjonali, minbarra postijiet ta’ għajxien uniċi jew bini ta’ uffiċċji għall-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;
(b)
bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi;
(c)
bini temporanju b’perjodu ta’ użu ta’ sentejn jew anqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li jintużaw minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija;
(d)
bini residenzjali li huwa użat jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha;
(e)
bini maqtugħ għalih b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ anqas minn 50 m2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|