+Artikolu 5 1.

Artikolu 5 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini jew ta’ unitajiet ta’ bini fl-użu tal-enerġija, jiġu ffissati bil-għan li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali u, fejn rilevanti, valuri ta’ referenza aktar stretti bħal rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u rekwiżiti ta’ bini b’emissjonijiet żero. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 4. Il-livelli kostottimali għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva msemmi fl-Artikolu 6.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġu ffissati għall-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu mibdula jew rinnovati, bil-ħsieb li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-elementi tal-bini f’livell li jiffaċilita l-installazzjoni effettiva ta’ sistemi tat-tisħin b’temperatura baxxa f’bini rinnovat.

Meta jiffissaw ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji ta’ bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.

Dawk ir-rekwiżiti għandhom jieħdu kont tal-kwalità ambjentali interna ottimali, biex jiġu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata, kif ukoll il-kondizzjonijiet lokali u l-funzjoni mogħtija u l-età tal-bini.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’intervalli regolari li m’ għandhomx ikunu itwal minn ħames snin u għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jaġġornawhom biex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini, ir-riżultati tal-kalkolu kostottimali stabbilit fl-Artikolu 6, u l-miri u l-politiki nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.