+Artikolu 7 Bini ġdid
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
|
Artikolu 7 Bini ġdid
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini l-ġdid ikun bini b’emissjonijiet żero f’konformità mal-Artikolu 11:
(a)
mill-1 ta’ Jannar 2028, bini ġdid proprjetà tal-korpi pubbliċi; u
(b)
mill-1 ta’ Jannar 2030, il-bini l-ġdid kollu;
Sal-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont l-ewwel subparagrafu, L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini ġdid kollu jkun bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u li jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija stipulati f’konformità mal-Artikolu 5. Meta l-korpi pubbliċi jkollhom l-intenzjoni li jokkupaw bini ġdid li ma jkunx proprjetà tagħhom, l-għan tagħhom għandu jkun li dak il-bini jkun bini b’emissjonijiet żero.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkulat skont l-Anness III u żvelat permezz taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini:
(a)
mill-1 ta’ Jannar 2028, għall-bini l-ġdid kollu b’erja tal-art utli akbar minn 1 000 m2;
(b)
mill-1 ta’ Jannar 2030, għall-bini l-ġdid kollu.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness III biex tistabbilixxi qafas tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja bil-ħsieb li tinkiseb in-newtralità klimatika. L-ewwel att delegat bħal dan għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2025.
|
|
Artikolu 7 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2 għall- bini li fir-rigward tagħhom ikunu ġew diġà ppreżentati applikazzjonijiet għall-permess tal-bini jew applikazzjonijiet ekwivalenti inkluż għall-bidla fl-użu sad-dati skont il-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2027 l-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni pjan direzzjonali li jagħti dettalji dwar l-introduzzjoni ta’ valuri limitu fuq il-GWP kumulattiv totali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini l-ġdid kollu u jistabbilixxu miri għal bini ġdid mill-2030, filwaqt li jqisu xejra progressiva ’l isfel, kif ukoll valuri limiti massimi, dettaljati għal żoni klimatiċi u tipoloġiji ta’ bini differenti. Dawk il-valuri limitu massimi għandhom ikunu konformi mal-objettivi tal-Unjoni li tinkiseb in-newtralità klimatika. Fuq talba tagħhom, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida, tikkondividi evidenza dwar politiki nazzjonali eżistenti u toffri appoġġ tekniku lill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 7 6.
|
L-Istati Membri għandhom jindirizzaw, fir-rigward ta’ bini ġdid, il-kwistjonijiet ta’ kwalità ambjentali interna ottimali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati ma’ attività siżmika intensa u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw ukoll l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin tal-karbonju fil-bini jew fuqu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|