|
+Artikolu 13 11. |
Artikolu 13 11.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn teknikament, ekonomikament u funzjonalment fattibbli, mid-29 ta’ Mejju 2026, bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li qed isirulhom rinnovazzjonijiet maġġuri jkunu mgħammra b’dan li ġej:
(a)
bil-funzjonalità ta’ monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistemi u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini fil-każ ta’ varjazzjoni sinifikanti u meta jkun meħtieġ servizz ta’ manutenzjoni tas-sistema;
(b)
b’funzjonalitajiet effettivi ta’ kontroll biex jiġu żgurati l-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-użu ottimali tal-enerġija u, fejn applikabbli, il-bilanċ idroniku ottimali;
(c)
kapaċità ta’ reazzjoni għal sinjali esterni u aġġustament tal-konsum tal-enerġija L-Istati Membri jistgħu jeskludu djar ta’ familja waħda li jkunu għaddejjin minn rinnovazzjonijiet kbar mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn l-ispejjeż tal-installazzjoni jaqbżu l-benefiċċji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|