+Artikolu 13 Sistemi tekniċi użati fil-bini
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.
---+Artikolu 13 11.
---+Artikolu 13 12.

Artikolu 13 Sistemi tekniċi użati fil-bini

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-Istati Membri għandhom, bl-għan li jtejbu bl-aħjar mod l-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, jiffissaw rekwiżiti tas-sistema billi jużaw teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku fir-rigward tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, l-installazzjoni korretta, d-dimensjonament, l-aġġustament u l-kontroll xierqa, u, fejn xieraq, l-ibbilanċjar idroniku tas-sistemi tekniċi użati fil-bini li huma installati fil-bini ġdid jew eżistenti. Meta jistabbilixxu r-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tad-disinn u l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.

Ir-rekwiżiti tas-sistema għandhom jiġu ffissati għal sistemi tekniċi ġodda użati fil-bini u għas-sostituzzjoni u t-titjib ta’ sistemi tekniċi eżistenti użati fil-bini u għandhom jiġu applikati sa fejn teknikament, ekonomikament u funzjonalment vijabbli.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ġeneraturi tas-sħana, jew mat-tip ta’ karburant użat minnhom, jew mal-parti minima tal-enerġija rinnovabbli użata għat-tisħin fil-livell tal-bini, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostaklu għas-suq mhux ġustifikat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li jistabbilixxu għas-sistemi tekniċi użati fil-bini jilħqu mill-inqas l-aħħar livelli kostottimali.

Artikolu 13 2.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi tas-sistema għas-sistemi tekniċi użati fil-bini sabiex jiffaċilitaw l-installazzjoni u t-tħaddim effettivi ta’ sistemi tat-tisħin b’temperatura baxxa f’bini ġdid jew rinnovat.
Artikolu 13 3.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li bini ġdid, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, għandu jkun mgħammar b’apparati awtoregolatorji li jirregolaw separatament it-temperatura f’kull kamra jew, fejn iġġustifikat, f’żona partikolari tal-unità tal-bini li tkun imsaħħna jew imkessħa u, fejn xieraq, b’ibbilanċjar idroniku. L-installazzjoni ta’ tali apparati awtoregolatorji u, fejn xieraq, l-ibbilanċjar idroniku f’bini eżistenti għandhom ikunu meħtieġa meta jiġu sostitwiti ġeneraturi tas-sħana jew ġeneraturi tat-tkessiħ, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli.
Artikolu 13 4.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kwalità ambjentali interna adegwati fil-bini sabiex tinżamm klima interna tajba għas-saħħa.
Artikolu 13 5.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini mhux residenzjali b’emissjonijiet żero jkun mgħammar b’apparat ta’ kejl u kontroll għall-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-kwalità tal-arja interna. F’bini mhux residenzjali eżistenti, l-installazzjoni ta’ tali apparati għandha tkun meħtieġa, fejn teknikament u ekonomikament fattibbli, meta bini tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-installazzjoni ta’ tali apparat f’bini residenzjali.
Artikolu 13 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata sistema teknika użata fil-bini, jiġi vvalutat ir-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija tal-parti mibdula, u fejn rilevanti, tas-sistema kompluta mibdula. Ir-riżultati għandhom jiġu dokumentati u mgħoddija lil sid il-binja biex jibqgħu disponibbli u jkunu jistgħu jintużaw għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u għall-ħruġ ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi tal-bini jiġi ottimizzat fejn dawn jiġu rranġati jew mibdula.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ħżin tal-enerġija għall-enerġija rinnovabbli fil-bini.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi u finanzjament ġodda biex iħeġġu l-bidla minn sistemi bbażati fuq fjuwils fossili tat-tisħin u tat-tkessiħ għal sistemi bbażati fuq fjuwils mhux fossili tat-tisħin u tat-tkessiħ.

Artikolu 13 7.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jissostitwixxu l-bojlers awtonomi li jaħdmu bil-fjuwils fossili f’bini eżistenti biex ikunu konformi mal-pjanijiet nazzjonali ta’ eliminazzjoni gradwali għall-bojlers tal-fjuwils fossili.
Artikolu 13 8.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar x’jikkwalifika bħala bojler tal-fjuwil fossili.
Artikolu 13 9.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, il-bini mhux residenzjali jkun mgħammar b’sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, kif ġej:

(a) 

sal-31 ta’ Diċembru 2024, bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tal-arja kundizzjonata, sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati, jew għal sistemi tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati ta’ aktar minn 290 kW;

(b) 

sal-31 ta’ Diċembru 2029, bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tal-arja kundizzjonata, sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati, jew għal sistemi kkombinati tal-arja kundizzjonata u ta’ ventilazzjoni ta’ aktar minn 70 kW.

Artikolu 13 10.

Is-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini għandhom ikun kapaċi:

(a) 

b’mod kontinwu jimmonitorjaw, jirreġistraw, janalizzaw u jħallu lok għal aġġustamenti fl-użu tal-enerġija;

(b) 

iqabblu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini, jidentifikaw telf fl-effiċjenza ta’ sistemi tekniċi użati fil-bini, u jinformaw lill-persuna responsabbli mill-faċilitajiet jew mill-ġestjoni teknika tal-bini dwar opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(c) 

jippermettu l-komunikazzjoni mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u apparati oħra konnessi ġewwa l-bini, u jkunu interoperabbli mas-sistemi tekniċi użati fil-bini bejn tipi differenti ta’ teknoloġiji bi privattiva, apparati u manifatturi;

(d) 

sad-29 ta’ Mejju 2026 jimmonitorjaw il-kwalità ambjentali interna

Artikolu 13 11.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn teknikament, ekonomikament u funzjonalment fattibbli, mid-29 ta’ Mejju 2026, bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li qed isirulhom rinnovazzjonijiet maġġuri jkunu mgħammra b’dan li ġej:

(a) 

bil-funzjonalità ta’ monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistemi u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini fil-każ ta’ varjazzjoni sinifikanti u meta jkun meħtieġ servizz ta’ manutenzjoni tas-sistema;

(b) 

b’funzjonalitajiet effettivi ta’ kontroll biex jiġu żgurati l-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-użu ottimali tal-enerġija u, fejn applikabbli, il-bilanċ idroniku ottimali;

(c) 

kapaċità ta’ reazzjoni għal sinjali esterni u aġġustament tal-konsum tal-enerġija

L-Istati Membri jistgħu jeskludu djar ta’ familja waħda li jkunu għaddejjin minn rinnovazzjonijiet kbar mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn l-ispejjeż tal-installazzjoni jaqbżu l-benefiċċji.

Artikolu 13 12.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tal-arja kundizzjonata, sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati, jew għal sistemi tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati ta’:

(a) 

aktar minn 290 kW ikun mgħammar b’kontrolli awtomatiċi tat-tidwil sal-31 ta’ Diċembru 2027;

(b) 

aktar minn 70 kW ikunu mgħammra b’kontrolli awtomatiċi tat-tidwil sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Il-kontrolli awtomatiċi tat-tidwil għandhom ikunu f’żoni xierqa u kapaċi li jindividwaw l-okkupanza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.