+Artikolu 14 1.

Artikolu 14 1.

Fir-rigward ta’ bini mhux residenzjali ġdid b’aktar minn ħames spazji għall-parkeġġ tal-karozzi u bini mhux residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn ħames spazji għall-parkeġġ tal-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:

(a) 

l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar għal kull ħames spazji tal-parkeġġ tal-karozzi;

(b) 

l-installazzjoni ta’ kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mhux inqas minn 50 % tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi u kanali, jiġifieri kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku, għall-bqija tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi, li jippermetti l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, għar-roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta’ vetturi tal-kategorija L; u

(c) 

il-provvista ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti li jirrappreżentaw mill-inqas 15 % tal-medja jew 10 % tal-kapaċità totali tal-utenti ta’ bini mhux residenzjali, filwaqt li jitqies l-ispazju meħtieġ ukoll għal roti b’dimensjonijiet akbar minn roti standard.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika fejn:

(a) 

il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet kbar, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini; jew

(b) 

il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ u l-kanali jingħaddu imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, minn qabel ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju u effiċjenti tal-għadd meħtieġ ta’ punti tal-irriċarġjar u jappoġġaw, fejn xieraq, l-installazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ tagħbija jew irriċarġjar, sa fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli u ġustifikabbli.

B’deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għal bini ġdid ta’ uffiċċji u bini ta’ uffiċċji li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn ħames spazji ta’ parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed għal kull żewġ spazji ta’ parkeġġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.