+Artikolu 14 Infrastruttura għal mobilità sostenibbli
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
|
Artikolu 14 Infrastruttura għal mobilità sostenibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Fir-rigward ta’ bini mhux residenzjali ġdid b’aktar minn ħames spazji għall-parkeġġ tal-karozzi u bini mhux residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn ħames spazji għall-parkeġġ tal-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a)
l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar għal kull ħames spazji tal-parkeġġ tal-karozzi;
(b)
l-installazzjoni ta’ kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mhux inqas minn 50 % tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi u kanali, jiġifieri kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku, għall-bqija tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi, li jippermetti l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, għar-roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta’ vetturi tal-kategorija L; u
(c)
il-provvista ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti li jirrappreżentaw mill-inqas 15 % tal-medja jew 10 % tal-kapaċità totali tal-utenti ta’ bini mhux residenzjali, filwaqt li jitqies l-ispazju meħtieġ ukoll għal roti b’dimensjonijiet akbar minn roti standard.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika fejn:
(a)
il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet kbar, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini; jew
(b)
il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ u l-kanali jingħaddu imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, minn qabel ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju u effiċjenti tal-għadd meħtieġ ta’ punti tal-irriċarġjar u jappoġġaw, fejn xieraq, l-installazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ tagħbija jew irriċarġjar, sa fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli u ġustifikabbli. B’deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għal bini ġdid ta’ uffiċċji u bini ta’ uffiċċji li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn ħames spazji ta’ parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed għal kull żewġ spazji ta’ parkeġġ.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Fir-rigward ta’ bini mhux residenzjali kollu b’aktar minn 20 spazju tal-parkeġġ ta’ karrozzi, l-Istati Membri, sal-1 ta’ Jannar 2027, għandhom jiżguraw:
(a)
l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar għal kull 10 spazji tal-parkeġġ ta’ karrozzi, jew tal-kanali, jiġifieri kondjuwits għal kejbils elettriċi, għal mill-inqas 50 % tal-ispazji tal-parkeġġ ta’ karrozzi biex jippermettu l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; u
(b)
il-provvista ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti li jirrappreżentaw mill-inqas 15 % tal-medja jew 10 % tal-kapaċità totali tal-bini u bl-ispazju meħtieġ ukoll għal roti b’dimensjonijiet akbar minn roti standard.
Għal bini li jkun proprjetà tal-korpi pubbliċi jew okkupat minnhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta’kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mill-inqas 50 % ta’ spazji ta’ parkeġġ ta’ karrozzi sal-1 ta’ Jannar 2033. L-Istati Membri jistgħu jipposponu l-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit sal-1 ta’ Jannar 2029 għall-bini mhux residenzjali kollu li jkun ġie rinnovat fis-sentejn qabel it-28 ta’ Mejju 2024 sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2010/31/UE.
|
|
Artikolu 14 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti skont il-paragrafi 1 u 2 għal kategoriji speċifiċi ta’ bini mhux residenzjali li tipikament l-aċċess għalihom ma jsirx bir-rota.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Fir-rigward ta’ bini residenzjali ġdid b’aktar minn tliet spazji ta’ parkeġġ għall-karozzi u bini residenzjali li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn tliet spazji tal-parkeġġ għall-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a)
l-installazzjoni ta’ kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mhux inqas minn 50 % tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi u kanali, jiġifieri kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku, għall-bqija tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi, li jippermetti l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, għar-roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta’ vetturi tal-kategorija L; u
(b)
il-provvista ta’ mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull unità residenzjali f’bini.
Fir-rigward ta’ bini residenzjali ġdid b’aktar minn tliet postijiet għall-parkeġġ tal-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-iċċarġjar. L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw fejn:
(a)
il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet kbar, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini; jew
(b)
il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, soġġett għal valutazzjoni mill-awtoritajiet lokali u filwaqt li jqisu l-karatteristiċi lokali, inkluż il-kundizzjonijiet demografiċi, ġeografiċi u klimatiċi, jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ mgħoddi minn qabel imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju tal-punti tal-irriċarġjar fl-ispazji kollha tal-parkeġġ. Fejn, fil-każ ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-iżgurar ta’ żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull unità residenzjali f’bini ma jkunx fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ammont xieraq ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti.
|
|
Artikolu 14 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu għal kategoriji speċifiċi ta’ bini fejn:
(a)
l-infrastruttura tal-irriċarġjar meħtieġa iserraħ fuq sistemi mikro iżolati jew il-bini jkun jinsab fir-reġjuni ultraperifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE fejn dan ikun iwassal għal problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija lokali u jkun iqiegħed f’periklu l-istabbiltà tal-grilja lokali; jew
(b)
l-ispiża tal-irriċarġjar u tal-installazzjonijiet ta’ kanali taqbeż mill-inqas l-10 % tal-ispiża totali tar-rinnovazzjoni maġġuri tal-bini.
|
|
Artikolu 14 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti tal-irriċarġjar imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu jkunu kapaċi jagħmlu irriċarġjar intelliġenti u, fejn xieraq, irriċarġjar bidirezzjonali, u li jitħaddmu abbażi ta’ protokolli u standards ta’ komunikazzjoni nonproprjetarji u nondiskriminatorji, b’mod interoperabbli, u f’konformità ma’ kwalunkwe standard Ewropew u atti delegat adottati skont l-Artikolu 21(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/1804.
|
|
Artikolu 14 7.
|
L-Istati Membri għandhom iħeġġu li l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku joperawhom f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2023/1804, fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 14 8.
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri għas-simplifikazzjoni, għar-razzjonalizzazzjoni u għall-aċċellerazzjoni tal-proċedura tal-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali u mhux residenzjali, ġdid jew diġà eżistenti, speċjalment tal-assoċjazzjonijiet ta’ koproprjetarji, u jneħħu ostakli regolatorji, inkluż fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi u approvazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli għall-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali bi spazji ta’ parkeġġ, b’mod partikolari l-ħtieġa li jinkiseb kunsens mingħand sid il-kera jew il-kosidien għal punt tal-irriċarġjar privat għall-użu proprju. Talba mill-inkwilini jew il-koproprjetarji għal permess ta’ installazzjoni ta’ infrastruttura tal-irriċarġjar fi spazju ta’ parkeġġ tista’ tiġi rrifjutata biss jekk ikun hemm raġunijiet serji u leġittimmi għal dak ir-rifjut. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tagħhom dwar il-proprjetà u l-kera, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-ostakli amministrattivi rigward l-applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ punt tal-irriċarġjar f’bini b’aktar minn abitazzjoni waħda f’assoċjazzjoni tal-inkwilini jew tal-koproprjetarji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ assistenza teknika għas-sidien u għall-inkwilini tal-bini li jixtiequ jinstallaw punti tal-irriċarġjar u spazji tal-parkeġġ tar-roti. Fir-rigward tal-bini residenzjali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jekk jintroduċux skemi ta’ appoġġ għall-installazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar, il-kablaġġ mgħoddi minn qabel jew il-kanali tal-ispazji tal-parkeġġ tal-karozzi f’konformità mal-għadd ta’ vetturi elettriċi ħfief bil-batterija rreġistrati fit-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 14 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza tal-politiki għall-bini, il-mobbiltà attiva u ekoloġika, il-klima, l-enerġija, il-bijodiversità u l-ippjanar urban.
|
|
Artikolu 14 10.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għas-sikurezza kontra n-nirien fil-parkeġġi tal-karozzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|