|
+Artikolu 14 4. |
Artikolu 14 4.Fir-rigward ta’ bini residenzjali ġdid b’aktar minn tliet spazji ta’ parkeġġ għall-karozzi u bini residenzjali li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn tliet spazji tal-parkeġġ għall-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a)
l-installazzjoni ta’ kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mhux inqas minn 50 % tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi u kanali, jiġifieri kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku, għall-bqija tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi, li jippermetti l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, għar-roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta’ vetturi tal-kategorija L; u
(b)
il-provvista ta’ mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull unità residenzjali f’bini. Fir-rigward ta’ bini residenzjali ġdid b’aktar minn tliet postijiet għall-parkeġġ tal-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-iċċarġjar. L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw fejn:
(a)
il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet kbar, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini; jew
(b)
il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, soġġett għal valutazzjoni mill-awtoritajiet lokali u filwaqt li jqisu l-karatteristiċi lokali, inkluż il-kundizzjonijiet demografiċi, ġeografiċi u klimatiċi, jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ mgħoddi minn qabel imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju tal-punti tal-irriċarġjar fl-ispazji kollha tal-parkeġġ. Fejn, fil-każ ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-iżgurar ta’ żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull unità residenzjali f’bini ma jkunx fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ammont xieraq ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|