+Artikolu 15 Stat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.

Artikolu 15 Stat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex jissupplimentaw din id-Direttiva dwar skema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini li jadattaw l-operat tagħhom għall-ħtiġijiet tal-okkupant, b’mod partikolari rigward il-kwalità ambjentali interna u tal-grilja u li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħhom.

F’konformità mal-Anness IV, l-iskema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti għandha tistipula:

(a) 

id-definizzjoni tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti;

(b) 

metodoloġija li biha għandu jiġi kkalkulat.

Artikolu 15 2.
Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar u l-implimentazzjoni tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza abbażi tar-riżultati disponibbli tal-fażijiet tal-ittestjar nazzjonali u ta’ proġetti rilevanti oħra.

Filwaqt li tqis l-eżitu ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2027, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 32, li jissupplimenta din id-Direttiva billi jirrikjedi l-applikazzjoni tal-iskema komuni tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti, f’konformità mal-Anness IV, għal bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, għas-sistemi tal-arja kundizzjonata, għas-sistemi tat-tisħin tal-ispazju u ventilazzjoni kkumbinati, jew sistemi tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati ta’ aktar minn 290 kW.

Artikolu 15 3.
Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti fid-dettall l-arranġamenti tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-iskema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluża skeda ta’ żmien li ma torbotx għal fażi ta’ ttestjar fil-livell nazzjonali, u li jiċċara r-relazzjoni komplementari tal-iskema maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 19.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(3).

Artikolu 15 4.
Dment li l-Kummissjoni tkun adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2hija għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2027, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti dettalji dwar l-arranġamenti tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-applikazzjoni tal-iskema msemmija fil-paragrafu 2 għal bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, sistemi ta’ arja kondizzjonata, sistemi għat-tisħin tal-ispazju u ventilazzjoni kkumbinati, jew sistemi ta’ arja kondizzjonata u ventilazzjoni kkumbinati ta’ aktar minn 290 kW.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.