+Artikolu 19 Ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
---+Artikolu 19 10.
---+Artikolu 19 11.
---+Artikolu 19 12.
---+Artikolu 19 13.
---+Artikolu 19 14.

Artikolu 19 Ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

Iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija espress b’indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y), u valuri ta’ referenza bħal rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, standards minimi tar-rendiment tal-enerġija, rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u rekwiżiti ta’ bini b’emissjonijiet żero, biex ikun possibbli għas-sidien u l-inkwilini tal-binja jew unità tal-bini jqabblu u jivvalutaw ir-rendiment tiegħu fl-użu tal-enerġija.

Artikolu 19 2.
Sad-29 ta’ Mejju 2026, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness V. Għandu jispeċifika l-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, fuq skala magħluqa bl-użu ta’ ittri biss minn A sa G. L-ittra A għandha tikkorrispondi għal bini b’emissjonijiet żero, u l-ittra G għandha tikkorrispondi għall-bini bl-agħar rendiment fl-istokk tal-bini nazzjonali fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-iskala. L-Istati Membri li, fid-29 ta’ Mejju 2026 fid-data tat-traspożizzjoni, diġà jiddeżinjaw bini b’emissjonijiet żero bħala “A0” jistgħu jkomplu jużaw dik id-deżinjazzjoni minflok il-klassi A. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassijiet li jifdal (B sa F jew, fejn A0 huwa użat, A sa F) ikollhom distribuzzjoni xierqa tal-indikaturi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fost il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija A+ li tikkorrispondi għal bini b’limitu massimu għad-domanda għall-enerġija li jkun mill-inqas 20 % aktar baxx mil-limitu massimu għal bini b’emissjonijiet żero, u li jiġġenera aktar enerġija rinnovabbli fuq il-post kull sena mid-domanda annwali totali għall-enerġija primarja tiegħu. Għal bini eżistenti rinnovat għall-klassi A+, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi stmat u żvelat fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.

L-Istati Membri li jkunu rriklassifikaw il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tagħhom fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, u qabel it-28 ta’ Mejju 2024, jistgħu jipposponu r-riklassifikazzjoni tal-klassijiet tar rendiment fl-użu tal-enerġija sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Artikolu 19 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw identità viżiva komuni għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fit-territorju tagħhom.
Artikolu 19 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità, l-affidabbiltà u l-affordabbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkunu affordabbli u għandhom jikkunsidraw jekk jipprovdux appoġġ finanzjarju għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħarġu f’konformità mal-Artikolu 20(1) u minn esperti indipendenti abbażi ta’ żjara fuq il-post, li tista’ titwettaq, fejn xieraq, b’mezzi virtwali b’kontrolli viżwali. Iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu ċari u jinqraw faċilment, disponibbli f’format li jinqara mill-magni u f’konformità mal-mudell fl-Anness V.

Artikolu 19 5.
Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kosteffettiv tar-rendiment u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operattivi u t-titjib tal-kwalità ambjentali interna ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini fl-użu tal-enerġija, dment li l-bini jew l-unità tal-bini diġà tilħaq tal-anqas il-klassi A tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikopru:

(a) 

miżuri mwettqa b’rabta ma’ rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema teknika jew is-sistemi tekniċi tal-bini; u

(b) 

miżuri għal elementi ta’ bini individwali indipendenti minn rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema teknika jew is-sistemi tekniċi tal-bini.

Artikolu 19 6.
Meta l-Istati Membri jipprevedu passaport ta’ rinnovazzjoni li għandu jitfassal u jinħareġ flimkien maċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 12(3), il-passaport ta’ rinnovazzjoni għandu jissostitwixxi r-rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 19 7.
Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu stima għall-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi. Dawn jistgħu jipprovdu stima għall-firxa ta’ perjodi ta’ ħlas lura jew kostbenefiċċji matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tiegħu u informazzjoni dwar inċentivi finanzjarji disponibbli u assistenza amministrattiva u teknika, kif ukoll benefiċċji finanzjarji, li huma ġeneralment assoċjati mal-ksib tal-valuri ta’ referenza.
Artikolu 19 8.
Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu valutazzjoni dwar jekk is-sistemi tat-tisħin, is-sistemi tal-ventilazzjoni, is-sistemi tal-arja kundizzjonata u s-sistemi domestiċi tal-ilma sħun jistgħux jiġu adattati biex joperaw f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti, bħal emittenti ta’ temperatura baxxa għal sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma, inkluż id-disinn meħtieġ tal-output tal-enerġija termali u r-rekwiżiti tat-temperatura u fluss.
Artikolu 19 9.
Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu valutazzjoni tat-tul tal-ħajja li jifdal tas-sistema tat-tisħin jew tas-sistema tal-arja kundizzjonata. Fejn rilevanti, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jindikaw alternattivi possibbli għas-sostituzzjoni tas-sistema tat-tisħin jew tas-sistema tal-arja kundizzjonata, f’konformità mal-miri klimatiċi tal-2030 u l-2050, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi lokali u dawk relatati mas-sistema.
Artikolu 19 10.
Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin tal-bini jew tal-unità tal bini jista’ jirċievi informazzjoni dettaljata ulterjuri inkluż fir-rigward tal-kosteffettività tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-evalwazzjoni tal-kosteffettività għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kundizzjonijiet standard, bħall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u prezzijiet tal-enerġija sottostanti u previżjoni tal-kost preliminari. Barra minn hekk, għandu jkun fih informazzjoni dwar il-passi li għandhom jittieħdu biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet, l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ punti uniċi ta’ servizz rilevanti u, fejn rilevanti, dwar opzjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju. Informazzjoni oħra dwar suġġetti relatati, bħall-verifiki tal-enerġija jew inċentivi ta’ natura finanzjarja jew natura oħra u possibbiltajiet ta’ finanzjament, jew pariri dwar kif tiżdied ir-reżiljenza klimatika tal-bini, jistgħu wkoll jiġu pprovduti lis-sid jew lill-inkwilin tal-bini jew tal-unità tal bini.
Artikolu 19 11.

Iċ-ċertifikazzjoni għal unitajiet tal-bini tista’ tkun ibbażata fuq:

(a) 

ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu; jew

(b) 

l-istima ta’ unità tal-bini rappreżentattiva oħra bl-istess karatteristiċi rilevanti għall-enerġija fl-istess bini.

Artikolu 19 12.
Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta’ familja waħda tista’ tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ bini rappresentattiv ieħor ta’ disinn u daqs simili bi kwalità ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija simili jekk tali korrispondenza tkun tista’ tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Artikolu 19 13.

Il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija m’għandhiex taqbeż l-10 snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn bini jkun inħariġlu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija taħt il-livell C, is-sidien tal-bini jiġu mistiedna għal punt uniku ta’ servizz biex jirċievu pariri dwar ir-rinnovazzjoni, skont liema minn dawn li ġejjin jiġi l-ewwel:

(a) 

immedjatament wara li jiskadi ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini; jew

(b) 

ħames snin wara l-ħruġ taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Artikolu 19 14.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fejn l-elementi individwali biss jiġu aġġornati (miżuri uniċi jew awtonomi).

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meta jiġu stabbiliti miżuri identifikati f’passaport ta’ rinnovazzjoni jew fejn jintużaw tewmin diġitali tal-bini, metodi ċċertifikati oħra, jew data minn għodod iċċertifikati li jiddeterminaw ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.