+Artikolu 19 2.
|
Artikolu 19 2.
Sad-29 ta’ Mejju 2026, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness V. Għandu jispeċifika l-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, fuq skala magħluqa bl-użu ta’ ittri biss minn A sa G. L-ittra A għandha tikkorrispondi għal bini b’emissjonijiet żero, u l-ittra G għandha tikkorrispondi għall-bini bl-agħar rendiment fl-istokk tal-bini nazzjonali fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-iskala. L-Istati Membri li, fid-29 ta’ Mejju 2026 fid-data tat-traspożizzjoni, diġà jiddeżinjaw bini b’emissjonijiet żero bħala “A0” jistgħu jkomplu jużaw dik id-deżinjazzjoni minflok il-klassi A. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassijiet li jifdal (B sa F jew, fejn A0 huwa użat, A sa F) ikollhom distribuzzjoni xierqa tal-indikaturi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fost il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija A+ li tikkorrispondi għal bini b’limitu massimu għad-domanda għall-enerġija li jkun mill-inqas 20 % aktar baxx mil-limitu massimu għal bini b’emissjonijiet żero, u li jiġġenera aktar enerġija rinnovabbli fuq il-post kull sena mid-domanda annwali totali għall-enerġija primarja tiegħu. Għal bini eżistenti rinnovat għall-klassi A+, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi stmat u żvelat fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini. L-Istati Membri li jkunu rriklassifikaw il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tagħhom fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, u qabel it-28 ta’ Mejju 2024, jistgħu jipposponu r-riklassifikazzjoni tal-klassijiet tar rendiment fl-użu tal-enerġija sal-31 ta’ Diċembru 2029.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|