+Artikolu 20 Il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat diġitali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħareġ għal:

(a) 

bini jew unitajiet ta’ bini meta jinbnew, meta tkun saritilhom rinnovazzjoni maġġuri, meta jinbiegħu, meta jinkrew lil inkwilin ġdid, jew li għalihom iġġedded il-kuntratt tal-kiri;

(b) 

bini eżistenti proprjetà jew okkupat minn korpi pubbliċi.

Ir-rekwiżit li jinħareġ ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ma japplikax meta ċertifikat, maħruġ jew skont id-Direttiva 2010/31/UE jew skont din id-Direttiva, għall-bini jew l-unità tal-bini kkonċernati, huwa disponibbli u validu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li verżjoni stampata taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tinħareġ fuq talba.

Artikolu 20 2.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, meta bini jew unitajiet tal-bini jinbnew, tkun saritilhom rinnovazzjoni maġġuri, jew jinbiegħu jew jinkrew, jew meta jiġġeddu l-kuntratti tal-kiri għal bini jew unitajiet ta’ bini, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jintwera lill-inkwilin jew ix-xerrej prospettivi u jingħata lix-xerrej jew lill-inkwilin.
Artikolu 20 3.
Fejn bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni jew rinnovazzjoni maġġuri, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħ jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija futura tiegħu, bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2; f’dak il-każ, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinħareġ sa mhux aktar tard minn meta l-bini jkun inbena jew ġie rinnovat u għandu jirrifletti l-istat tal-bini kif inbena.
Artikolu 20 4.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li binjiet jew unitajiet ta’ bini li jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u li l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini jew tal-unità tal-bini, kif applikabbli, jitniżżel fir-reklami online u offline, inkluż fil- websites tal-portali tat-tiftix tal-proprjetà.

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki ta’ kampjuni jew kontrolli oħra biex jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 20 5.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli għas-sjieda konġunta jew għal proprjetà komuni.
Artikolu 20 6.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-kategoriji ta’ bini msemmija fl-Artikolu 5(3), il-punti (b), (c) u (e) mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri li jagħżlu li jeskludu mill-obbligi ta’ dan l-artikolu sat-28 ta’ Mejju 2024, bini residenzjali li jintuża jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha, jistgħu jkomplu jagħmlu hekk.
Artikolu 20 7.
L-effetti possibbli ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija f’termini ta’ proċeduri legali, jekk ikun hemm, għandhom jiġu deċiżi f’konformità mar-regoli nazzjonali.
Artikolu 20 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa jittellgħu fil-bażi tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 22. L-applowdjar għandu jkun fih iċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluża d-data kollha meħtieġa għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.