+Artikolu 29 Informazzjoni
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.

Artikolu 29 Informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
L-Istati Membri għandhom iħejju u jwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurmaw lis-sidien u lill-inkwilini tal-bini jew tal-unitajiet ta’ bini u l-atturi tas-suq rilevanti kollha, bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-komunitajiet tal-enerġija, dwar il-prattika u l-metodi differenti li jservu biex jittejjeb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu informazzjoni mfassla apposta għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli wkoll għall-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Artikolu 29 2.
L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu lis-sidien jew lill-okkupanti tal-bini b’informazzjoni dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż l-għan u l-objettivi tagħhom, dwar miżuri kosteffettivi u, fejn ikun il-każ, dwar strumenti finanzjarji, biex jittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u dwar is-sostituzzjoni ta’ bojlers tal-fjuwils fossili b’alternattivi aktar sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti bħal pariri dwar ir-rinnovazzjoni u l-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 18, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f’programmi tal-Unjoni.

Artikolu 29 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli gwida u taħriġ, inkluż għal gruppi sottorappreżentati, għal dawk responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw l-importanza tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u għandhom jippermettu li titqies il-kombinazzjoni ottimali ta’ titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali meta jiġu ppjanati, iddisinjati, mibnija u rinovati ż-żoni industrijali jew residenzjali. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw ukoll it-titjib strutturali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati ma’ attività sismika intensa, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (inkluż materja partikolata fina), il-kwalità ambjentali interna u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu miżuri biex jappoġġaw it-taħriġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u atturi rilevanti oħra, bħal inizjattivi ta’ rinnovazzjoni mmexxija miċ-ċittadini, biex jippromwovu l-objettivi ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 29 4.
Il-Kummissjoni għandha ttejjeb kontinwament is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha, b’mod partikolari s-sit elettroniku li ġie stabbilit bħala portal Ewropew għall-effiċjenza fl-enerġija fil-bini indirizzat għaċ-ċittadini, il-professjonisti u l-awtoritajiet, biex jassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni. L-informazzjoni murija fuq dak is-sit elettroniku tista’ tinkludi links għal-liġi rilevanti tal-Unjoni, regoli nazzjonali, reġjonali u lokali, links għas-siti elettroniċi EUROPA li juru l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, links għall-istrumenti finanzjarji disponibbli, kif ukoll eżempji tal-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż fir-rigward tal-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva. Fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), il-Fond Soċjali għall-Klima, u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni għandha tkompli u tintensifika aktar is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha bil-għan li tiffaċilita l-użu tal-fondi disponibbli billi tipprovdi assistenza u informazzjoni, inkluż, f’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment, permezz tal-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali, lill-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament, b’kont meħud tal-aħħar tibdil fil-qafas regolatorju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.