|
+ANNESS VII |
ANNESS VII
ANNESS VII Qafas ta’ metodoloġija komparattiva biex jiġu identifikati l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u l-elementi tal-bini Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini u l-elementi u tal-emissjonijiet tal-bini u l-aspetti ekonomiċi tal-miżuri relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija u tal-emissjonijiet, u jgħaqqduhom bil-ħsieb li jidentifikaw il-livell kostottimali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tan-newtralità klimatika għall-2030, kif ukoll stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sa mhux aktar tard mill-2050. Mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandhom jinhemżu linji gwida li jiddeskrivu fil-qosor kif jiġi applikat dak il-qafas fil-kalkolu tal-livelli ta’ rendiment kostottimali. Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti li jitqiesu l-mudelli tal-użu, il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ barra u t-tibdil futur tagħhom skont l-aħjar projezzjonijiet klimatiċi disponibbli, inkluż mewġiet ta’ sħana jew ta’ kesħa, il-kostijiet tal-investiment, il-kategorija tal-bini, il-kostijiet għall-manutenzjoni u l-funzjonament (inkluż il-kostijiet u l-iffrankar enerġetiċi), id-dħul mill-enerġija prodotta, fejn applikabbli, l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija, il-kostijiet tal-ġestjoni tal-iskart, fejn applikabbli, u żviluppi teknoloġiċi. Dan għandu jkun ibbażat fuq standards Ewropej rilevanti relatati ma’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi:
—
linji gwida mehmuża mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva; dawk il-linji gwida se jservu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-passi elenkati hawn taħt;
—
informazzjoni dwar l-iżviluppi fit-tul stmati fil-prezzijiet tal-enerġija.
Għall-applikazzjoni tal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġenerali, espressi permezz ta’ parametri, fil-livell tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar il-livelli ta’ kostottimalità tagħhom, fejn rilevanti. Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jeħtieġ li l-Istati Membri:
—
jiddefinixxu bini ta’ referenza li huma kkaratterizzati minn u rappreżentattivi għall-funzjonalità u l-post ġeografiku tagħhom, inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi interni u esterni. Il-bini ta’ referenza għandu jkopri bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti;
—
jiddefinixxu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jridu jiġu vvalutati għall-bini ta’ referenza. Dawk jistgħu jkunu miżuri għal bini individwali fl-intier tagħhom, għall-elementi individwali tal-bini jew għal kombinazzjoni ta’ elementi tal-bini;
—
jivvalutaw il-ħtieġa finali u primarja tal-enerġija u l-emissjonijiet li jirriżultaw tal-bini ta’ referenza bil-miżuri definiti tal-effiċjenza enerġetika applikati;
—
jikkalkolaw il-kostijiet (jiġifieri l-valuri net attwali) tal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika (kif imsemmi fit-tieni inċiż) matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika applikati għall-bini ta’ referenza (kif imsemmi fl-ewwel inċiż) bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-qafas metodoloġiku komparattiv.
Permezz tal-kalkolu tal-kostijiet tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika, tiġi kkalkolata l-kosteffettività ta’ livelli differenti ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija mill-Istati Membri. Dak ser jippermetti d-determinazzjoni tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|