|
+ANNESS VIII Rekwiżiti għall-passaporti ta’ rinnovazzjoni equirements for renovation passports |
ANNESS VIII Rekwiżiti għall-passaporti ta’ rinnovazzjoni equirements for renovation passports
ANNESS VIII Rekwiżiti għall-passaporti ta’ rinnovazzjoni equirements for renovation passports 1. Il-passaport ta’ rinnovazzjoni għandu jinkludi:
(a)
informazzjoni dwar ir-rendiment attwali tal-bini fl-użu tal-enerġija;
(b)
rappreżentazzjoni grafika jew rappreżentazzjonijiet grafiċi tal-pjan direzzjonali u l-passi tiegħu għal rinnovazzjoni profonda fi stadji;
(c)
informazzjoni dwar ir-rekwiżiti nazzjonali rilevanti bħar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-regoli fl-Istat Membru dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili użati fil-bini għat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż id-dati tal-applikazzjoni;
(d)
spjegazzjoni konċiża dwar is-sekwenzjar ottimali tal-passi;
(e)
informazzjoni dwar kull pass, inkluż:
(i)
l-isem u d-deskrizzjoni tal-miżuri ta’ rinnovazzjoni għall-pass, inkluż l-għażliet rilevanti għat-teknoloġiji, it-tekniki u l-materjali li għandhom jintużaw;
(ii)
l-istima tal-enerġija ffrankata fil-konsum tal-enerġija primarja u finali, f’kWh u f’titjib perċentwali meta mqabbel mal-konsum tal-enerġija qabel il-pass;
(iii)
l-istima tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi;
(iv)
l-istima tal-iffrankar fuq il-kont tal-enerġija, li jindika b’mod ċar is-suppożizzjonijiet dwar il-kostijiet tal-enerġija użati għall-kalkolu;
(v)
il-klassi stmata tar-rendiment fl-użu tal-enerġija taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li għandha tinkiseb wara t-tlestija tal-pass;
(f)
informazzjoni dwar konnessjoni potenzjali ma’ sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali;
(g)
l-istima tas-sehem tal-ġenerazzjoni individwali jew kollettiva u l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli li jinkiseb wara r-rinnovazzjoni;
(h)
informazzjoni ġenerali dwar l-għażliet disponibbli għat-titjib taċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom, kif ukoll benefiċċji usa’ relatati mas-saħħa u l-kumdità, il-kwalità ambjentali interna u l-kapaċità ta’ adattament imtejba tal-bini għat-tibdil fil-klima;
(i)
informazzjoni dwar il-finanzjament disponibbli u links għall-paġni web rilevanti li jindikaw is-sorsi ta’ tali finanzjament;
(j)
informazzjoni dwar pariri tekniċi u servizzi ta’ konsulenza, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt u links għall-paġni web tal-punti uniċi ta’ servizz. 2. Il-passaport ta’ rinnovazzjoni jista’ jinkludi:
(a)
skeda ta’ żmien indikattiva tal-passi;
(b)
għal kull pass:
(i)
deskrizzjoni dettaljata tat-teknoloġiji, it-tekniki u l-materjali li għandhom jintużaw, il-vantaġġi, l-iżvantaġġi u l-kostijiet tagħhom;
(ii)
kif ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jitqabbel mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u ta’ bini b’emissjonijiet żero wara t-tlestija tal-pass u kif ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-elementi tal-bini sostitwiti jitqabbel mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal elementi ta’ bini wieħed [fejn dawn jeżistu];
(iii)
l-istima tal-kostijiet għat-twettiq tal-pass;
(iv)
l-istima taż-żmien għall-ħlas lura tal-pass, bi kwalunkwe appoġġ finanzjarju disponibbli jew le;
(v)
l-istima taż-żmien meħtieġ biex jitwettaq il-pass;
(vi)
fejn disponibbli, il-valuri ta’ referenza dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-materjali u t-tagħmir u link għall-paġna web rilevanti fejn jistgħu jinstabu;
(vii)
l-istima tat-tul ta’ ħajja tal-miżuri u l-istima tal-ispejjeż tagħhom;
(c)
moduli indipendenti dwar:
(i)
is-snajja’ tipiċi meħtieġa jew rakkomandati għat-twettiq ta’ rinnovazzjonijiet tal-enerġija (periti, konsulenti, kuntratturi, fornituri u installaturi, eċċ.) jew links għall-paġni web rilevanti;
(ii)
lista ta’ periti, konsulenti, kuntratturi, fornituri jew installaturi rilevanti fiż-żona, li tista’ tinkludi biss dawk li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet bħal tikketti jew kundizzjonijiet ta’ kwalifika ogħla jew ta’ ċertifikazzjoni korrispondenti, jew link web għall-paġna/i rilevanti;
(iii)
il-kundizzjonijiet tekniċi meħtieġa għal introduzzjoni ottimali tat-tisħin b’temperatura baxxa;
(iv)
kif il-passi ta’ rinnovazzjoni u l-miżuri addizzjonali jistgħu jtejbu l-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja;
(v)
rekwiżiti tekniċi u ta’ sikurezza għall-materjali u x-xogħlijiet;
(vi)
is-suppożizzjonijiet sottostanti wara l-kalkoli pprovduti jew link għall-paġna web rilevanti fejn jistgħu jinstabu;
(d)
informazzjoni dwar l-aċċess għal verżjoni diġitali tal-passaport ta’ rinnovazzjoni;
(e)
kwalunkwe rinnovazzjoni maġġuri li ssir lill-bini jew lill-unità ta’ bini, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), u kwalunkwe modifika jew sostituzzjoni ta’ element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u li għandu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), fejn tali informazzjoni ssir disponibbli lill-espert li jwettaq il-passaport ta’ rinnovazzjoni;
(f)
informazzjoni relatata mas-sikurezza siżmika, fejn tali informazzjoni rilevanti għall-bini tkun disponibbli għall-espert;
(g)
fuq talba tas-sid attwali tal-bini u abbażi ta’ informazzjoni li jagħmel disponibbli, dokument memuż li jkun fih informazzjoni addizzjonali, bħall-adattabbiltà tal-ispazji għall-ħtiġijiet li qed jevolvu u kwalunkwe rinnovazzjoni ppjanata. 3. Rigward l-istatus tal-bini qabel il-passi tar-rinnovazzjoni, il-passaport tar-rinnovazzjoni għandu jqis, sa fejn ikun possibbli, l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. 4. Kull metrika użata għall-istima tal-impatt tal-passi għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kundizzjonijiet standard. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|