3. Minn sentejn wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jintużaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv flimkien ma’ kejl fiss biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali fiż-żoni kollha fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa jaqbeż valur limitu jew valur fil-mira rilevanti stabbilit fl-Anness I.
L-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew il-kejl indikattiv imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-distribuzzjoni spazjali tas-sustanzi niġġiesa. Meta jintużaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar, dawn għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-kejl fiss u għandhom jitwettqu kemm-il darba jkun xieraq iżda mill-inqas kull ħames snin.