7. Il-punti ta’ kampjunar li fihom il-qabżiet ta’ valur limitu jew valur fil-mira rilevanti speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I ġew irreġistrati fit-tliet snin preċedenti ma għandhomx jiġu rilokati, sakemm ma tkunx meħtieġa rilokazzjoni minħabba ċirkostanzi speċjali, inkluż l-iżvilupp spazjali. Ir-rilokazzjoni ta’ tali punti ta’ kampjunar għandha tkun appoġġata minn applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv u għandha tiżgura, fejn possibbli, il-kontinwità tal-kejl u ssir fiż-żona ta’ rappreżentattività spazjali tagħhom. Ġustifikazzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe rilokazzjoni ta’ tali punti ta’ kampjunar għandha tiġi ddokumentata bis-sħiħ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt D tal-Anness IV.