+Article 9 Punti ta’ kampjunar
---+Article 9 1
---+Article 9 2
---+Article 9 3
---+Article 9 4
---+Article 9 5
---+Article 9 6
---+Article 9 7
---+Article 9 8
---+Article 9 9

Article 9 Punti ta’ kampjunar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 9 1

1.   Fejn jitpoġġew il-punti ta’ kampjunar għall-kejl tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-materja partikolata (PM10 u PM2,5), il-benżen, il-monossidu tal-karbonju, l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil, il-benżo(a)piren u l-ożonu fl-arja ambjentali għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Anness IV.

Article 9 2

2.   F’kull żona fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa jaqbeż il-livell limitu ta’ valutazzjoni speċifikat fl-Anness II, in-numru ta’ punti ta’ kampjunar għal kull sustanza niġġiesa m’għandux ikun anqas min-numru minimu tal-punti ta’ kampjunar speċifikat fil-Punti A u C tal-Anness III.

Article 9 3

3.   Għal żoni fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa jisboq il-livell limitu ta’ valutazzjoni rilevanti speċifikat fl-Anness II, iżda mhux il-valuri limitu rispettivi, il-valuri fil-mira u l-livelli kritiċi speċifikati fl-Anness I, l-għadd minimu ta’ punti ta’ kampjunar għal kejl fiss jista’ jitnaqqas sa 50 %, f’konformità mal-Punti A u C tal-Annex III, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kejl indikattiv jew l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fir-rigward tal-valuri limitu, il-valuri fil-mira, il-livelli kritiċi, il-livelli limitu ta’ allert u l-livelli limitu ta’ informazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni adegwata għall-pubbliku, flimkien ma’ dik ipprovduta mill-punti ta’ kampjunar għal kejl fiss;

(b)

in-numru ta’ punti ta’ kampjunar li għandhom jiġu installati u r-riżoluzzjoni spazjali ta’ kejl indikattiv u applikazzjonijiet ta’ mmudellar huma suffiċjenti għall-konċentrazzjoni tas-sustanza niġġiesa rilevanti li għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad-data speċifikati il-Punti A u B tal-Anness V u jippermettu li r-riżultati ta’ valutazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt E tal-Anness V;

(c)

in-numru ta’ kejl indikattiv, jekk użat biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, huwa mill-inqas l-istess bħan-numru ta’ kejl fiss li qed jiġi ssostitwit u l-kejl indikattiv jitqassam b’mod ugwali matul is-sena kalendarja;

(d)

għall-ożonu, id-diossidu tan-nitroġenu jitkejjel fil-punti kollha ta’ kampjunar li jifdal li jkejlu l-ożonu ħlief fil-postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjoni tal-ożonu kif imsemmi fil-Punt B tal-Anness IV.

Article 9 4

4.   Punt wieħed jew iktar ta’ kampjunar adattati għall-għan ta’ monitoraġġ stabbilit fit-Taqsima 3, il-Punt A tal-Anness VII, għandhom jiġu installati fit-territorju ta’ Stat Membru biex jipprovdu data dwar konċentrazzjonijiet tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu elenkati fil-Punt B ta’ dik it-Taqsima f’postijiet determinati f’konformità mal-Punt C ta’ dik it-Taqsima.

Article 9 5

5.   Id-dijossidu tan-nitroġenu għandu jitkejjel f’minimu ta’ 50 % tal-punti ta’ kampjunar tal-ożonu meħtieġa skont il-Punt A, Tabella 2, tal-Anness III. Dak il-kejl għandu jkun kontinwu, ħlief f’postijiet bi sfond rurali, kif imsemmi fil-Punt B tal-Anness IV, fejn metodi oħra ta’ kejl jistgħu jintużaw.

Article 9 6

6.   Kull Stat Membru għandu, f’konformità mal-Anness IV, jiżgura li t-tqassim tal-punti ta’ kampjunar użati għall-kalkolu tal-indikaturi tal-esponiment medju għall-PM2,5 u d-diossidu tan-nitroġenu, jirrifletti l-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali b’mod adegwat. In-numru ta’ punti ta’ kampjunar m’għandux ikun anqas minn dak determinat mill-applikazzjoni tal-Punt B tal-Anness III.

Article 9 7

7.   Il-punti ta’ kampjunar li fihom il-qabżiet ta’ valur limitu jew valur fil-mira rilevanti speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I ġew irreġistrati fit-tliet snin preċedenti ma għandhomx jiġu rilokati, sakemm ma tkunx meħtieġa rilokazzjoni minħabba ċirkostanzi speċjali, inkluż l-iżvilupp spazjali. Ir-rilokazzjoni ta’ tali punti ta’ kampjunar għandha tkun appoġġata minn applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv u għandha tiżgura, fejn possibbli, il-kontinwità tal-kejl u ssir fiż-żona ta’ rappreżentattività spazjali tagħhom. Ġustifikazzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe rilokazzjoni ta’ tali punti ta’ kampjunar għandha tiġi ddokumentata bis-sħiħ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt D tal-Anness IV.

Article 9 8

8.   Sabiex tiġi stmata l-kontribuzzjoni tal-benżo(a)piren fl-arja ambjentali, kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi rilevanti oħra f’numru limitat ta’ punti ta’ kampjunar. Dawk l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi għandhom jinkludu mill-inqas: benżo(a)antraċen, benżo(b)fluworanten, benżo(j)fluworanten, benżo(k)fluworanten, indeno(1,2,3-ċd)piren, u dibenż(a,h) antraċen. Il-punti ta’ kampjunar għal dawk l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi għandhom jiġu ppostjati mal-punti ta’ kampjunar tal-benżo(a)piren u għandhom jintgħażlu b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzi fuq perjodu fit-tul.

Article 9 9

9.   Minbarra l-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-livelli ta’ partikoli ultrafini f’konformità mal-Punt D tal-Anness III u t-Taqsima 4 tal-Anness VII. Il-monitoraġġ tal-konċentrazzjonijiet tal-karbonju iswed jista’ jsir fl-istess postijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.