+Artikolu 17 Qabżiet attribwibbli lit-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4

Artikolu 17 Qabżiet attribwibbli lit-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   L-Istati Membri jistgħu, għal sena partikolari, jidentifikaw żoni li fihom il-valuri limitu għall-PM10 ikunu nqabżu fl-arja ambjentali minħabba r-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa.

Artikolu 17 2

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni listi ta’ kwalunkwe tali żona, kif imsemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi tal-PM10 f’tali żoni.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll il-prova li turi li kull qabża hija dovuta għal partikoli risospiżi u li jkunu ttieħdu miżuri raġonevoli biex jitnaqqsu tali konċentrazzjonijiet.

Artikolu 17 3

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 16, fil-każ taż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jeħtieġ li jistabbilixxu l-pjan dwar il-kwalità tal-arja previst fl-Artikolu 19 fil-każ biss li dawn il-qabżiet ikunu attribwibbli lis-sorsi tal-PM10 li ma jkunux it-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa.

Artikolu 17 4

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dettalji tekniċi għall-metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet mir-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa, kif ukoll l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2, li għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kontribut tar-risospensjoni għal-livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ kuljum fejn applikabbli.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.