4. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dettalji tekniċi għall-metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet mir-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa, kif ukoll l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2, li għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kontribut tar-risospensjoni għal-livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ kuljum fejn applikabbli.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).