6. Il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandu jkun fihom tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
l-informazzjoni elenkata fil-Punt A, il-punti 1 sa 7, tal-Anness VIII;
|
|
(b)
|
meta jkun applikabbli, l-informazzjoni elenkata fil-Punt A, il-punti 8, 9 u 10, tal-Anness VIII;
|
|
(c)
|
informazzjoni dwar il-miżuri ta’ tnaqqis rilevanti elenkati fil-Punt B, il-punt 2, tal-Anness VIII.
|
L-Istati Membri għandhom jinkludu, meta jkun xieraq, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(2) u miżuri speċifiċi li jkollhom il-ħsieb li jipproteġu l-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal, fil-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, ir-riskju li jinqabżu l-livelli limitu ta’ allert rispettivi għas-sustanzi niġġiesa kkonċernati. Dik l-analiżi għandha tintuża biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir meta dan ikun applikabbli.
Meta jkollhom jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja fir-rigward ta’ diversi sustanzi niġġiesa jew standards tal-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jistabbilixxu pjanijiet integrati dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali integrati dwar il-kwalità tal-arja li jkopru s-sustanzi niġġiesa u l-istandards tal-kwalità tal-arja kkonċernati kollha.
L-Istati Membri għandhom, safejn ikun fattibbli, jiżguraw il-konsistenza tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja tagħhom ma’ pjanijiet oħra li għandhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-arja, inklużi dawk meħtieġa skont id-Direttivi 2002/49/KE, 2010/75/UE u (UE) 2016/2284 u skont il-leġiżlazzjoni dwar il-klima, il-bijodiversità, l-enerġija, it-trasport u l-agrikultura.