+Artikolu 19 Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6
---+Artikolu 19 7
---+Artikolu 19 8
|
Artikolu 19 Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. Meta, f’żoni partikolari, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jaqbżu kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira, stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawk iż-żoni li jistabbilixxu miżuri xierqa biex jinkiseb il-valur limitu jew il-valur fil-mira kkonċernat u biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li fiha tkun ġiet irreġistrata l-ewwel qabża. Dawk il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha tkun ġiet irreġistrata dik il-qabża ta’ kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira.
Meta f’żona partikolari qabża ta’ valur limitu tkun diġà koperta minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti f’dak il-pjan direzzjonali jkunu xierqa biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun u, meta jkun rilevanti, jieħdu miżuri addizzjonali u iktar effettivi u jsegwu l-proċedura għall-aġġornament ta’ pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif stabbilit fil-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 19 2
|
2. Meta f’unitajiet territorjali, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jaqbżu kwalunkwe valur fil-mira għall-ożonu, stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawk l-unitajiet territorjali li jistabbilixxu miżuri xierqa sabiex jinkiseb il-valur fil-mira għall-ożonu u biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Dawk il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż tal-valur fil-mira għall-ożonu.
Meta f’unità territorjali partikolari qabża ta’ valur fil-mira għall-ożonu tkun diġà koperta minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti f’dak il-pjan direzzjonali jkunu xierqa biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun u, meta jkun rilevanti, isegwu l-proċedura għall-aġġornament ta’ pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif stabbilit fil-paragrafu 5.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu joqogħdu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja biex jindirizzaw il-qbiż tal-ożonu meta ma jkun hemm l-ebda potenzjal sinifikanti li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u meteoroloġiċi, u meta l-miżuri jkunu jinvolvu kostijiet sproporzjonati.
Meta ma jiġix stabbilit pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dettaljata lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar ir-raġuni għalfejn ma hemm l-ebda potenzjal sinifikanti li jitnaqqas il-qbiż li tirriżulta f’deċiżjoni li ma jiġix stabbilit pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja.
Mill-inqas kull 5 snin, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-potenzjal li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu.
Għall-unitajiet territorjali fejn il-valur fil-mira għall-ożonu jinqabeż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm nazzjonali rilevanti għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejji skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284 jinkludi miżuri li jindirizzaw il-prekursuri tal-ożonu koperti minn dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 19 3
|
3. Meta f’unità territorjali tal-esponiment medju partikolari, ma jinkisibx l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju stabbilit fit-Taqsima 5 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawk l-unitajiet territorjali ta’ esponiment medju li jistabbilixxu miżuri xierqa biex jinkiseb l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju u biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Dawk il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż tal-obbligu ta’ tnaqqis tal-esponiment medju.
|
|
Artikolu 19 4
|
4. Meta mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029 f’żona jew unità territorjali, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa jkunu ogħla minn kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira li għandu jinkiseb sal-1 ta’ Jannar 2030 kif stabbilit fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, u fit-Taqsima 2, il-Punt B, tal-Anness I, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għas-sustanza niġġiesa kkonċernata biex jinkisbu l-valuri limitu jew il-valuri fil-mira rispettivi sal-iskadenza għall-kisba. Dawk il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu joqogħdu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja meta x-xenarju bażi li jsegwi l-informazzjoni meħtieġa mill-Punt A, il-punt 5, tal-Anness VIII, juri li l-valur limitu jew il-valur fil-mira se jinkiseb bil-miżuri li huma diġà fis-seħħ, inkluż meta l-qbiż ikun ikkawżat minn attivitajiet temporanji li jinfluwenzaw il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa f’sena waħda. Meta pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja ma jiġix stabbilit skont dan is-subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dettaljata lill-pubbliku u lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 19 5
|
5. Meta l-qabżiet ta’ kwalunkwe valur limitu, obbligu ta’ tnaqqis tal-esponiment medju jew valur fil-mira jippersistu matul it-tielet sena kalendarja wara l-iskadenza għall-istabbiliment ta’ pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u l-miżuri fih, inkluż l-impatt tagħhom fuq l-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet projettati, mhux iktar tard minn ħames snin wara l-iskadenza għall-istabbiliment tal-pjan preċedenti dwar il-kwalità tal-arja jew tal-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u jieħdu miżuri addizzjonali u iktar effettivi biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun.
|
|
Artikolu 19 6
|
6. Il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandu jkun fihom tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
l-informazzjoni elenkata fil-Punt A, il-punti 1 sa 7, tal-Anness VIII;
|
|
(b)
|
meta jkun applikabbli, l-informazzjoni elenkata fil-Punt A, il-punti 8, 9 u 10, tal-Anness VIII;
|
|
(c)
|
informazzjoni dwar il-miżuri ta’ tnaqqis rilevanti elenkati fil-Punt B, il-punt 2, tal-Anness VIII.
|
L-Istati Membri għandhom jinkludu, meta jkun xieraq, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(2) u miżuri speċifiċi li jkollhom il-ħsieb li jipproteġu l-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal, fil-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, ir-riskju li jinqabżu l-livelli limitu ta’ allert rispettivi għas-sustanzi niġġiesa kkonċernati. Dik l-analiżi għandha tintuża biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir meta dan ikun applikabbli.
Meta jkollhom jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja fir-rigward ta’ diversi sustanzi niġġiesa jew standards tal-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jistabbilixxu pjanijiet integrati dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali integrati dwar il-kwalità tal-arja li jkopru s-sustanzi niġġiesa u l-istandards tal-kwalità tal-arja kkonċernati kollha.
L-Istati Membri għandhom, safejn ikun fattibbli, jiżguraw il-konsistenza tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja tagħhom ma’ pjanijiet oħra li għandhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-arja, inklużi dawk meħtieġa skont id-Direttivi 2002/49/KE, 2010/75/UE u (UE) 2016/2284 u skont il-leġiżlazzjoni dwar il-klima, il-bijodiversità, l-enerġija, it-trasport u l-agrikultura.
|
|
Artikolu 19 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-pubbliku, f’konformità mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), u lill-awtoritajiet kompetenti, li, minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom fil-qasam tat-tniġġis tal-arja u l-kwalità tal-arja, x’iktarx li jkunu kkonċernati mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, dwar l-abbozzi ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-abbozzi ta’ pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u dwar kwalunkwe aġġornament sinifikanti tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja qabel ma jiġu ffinalizzati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku, meta jiġi kkonsultat, ikollu aċċess għall-abbozz tal-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew l-abbozz tal-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja li jkun fih l-informazzjoni minima meħtieġa skont l-Anness VIII ta’ din id-Direttiva u, meta jkun possibbli, sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni msemmija f’dan is-subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja. Meta jkunu qed jitħejjew il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għas-sitwazzjoni ta’ qbiż jiġu mħeġġa jipproponu miżuri li jkunu kapaċi jieħdu biex jgħinu biex jintemmu l-qabżiet u li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħall-organizzazzjonijiet tal-ambjent u tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, korpi rilevanti oħra tal-kura tas-saħħa, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti jiġu mħeġġa jieħdu sehem f’dawk il-konsultazzjonijiet.
|
|
Artikolu 19 8
|
8. Il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|