+Artikolu 22 1
|
Artikolu 22 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku kif ukoll organizzazzjonijiet adatti bħal organizzazzjonijiet tal-ambjent u tas-saħħa, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ popolazzjonijiet sensittivi u gruppi vulnerabbli, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u korpi oħra rilevanti għall-kura tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti jkunu mgħarrfa, b’mod adegwat u fil-ħin, dwar dan li ġej:
|
(a)
|
il-kwalità tal-arja f’konformità mal-Anness X;
|
|
(b)
|
il-post tal-punti ta’ kampjunar għas-sustanzi kollha niġġiesa tal-arja, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni fil-konformità mar-rekwiżiti ta’ kopertura tad-data għal kull punt ta’ kampjunar u għal kull sustanza niġġiesa;
|
|
(c)
|
kwalunkwe deċiżjoni ta’ posponiment skont l-Artikolu 18;
|
|
(d)
|
pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif previsti fl-Artikolu 19;
|
|
(e)
|
pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir stabbiliti skont l-Artikolu 20;
|
|
(f)
|
l-effetti tal-qabżiet tal-valuri limitu, tal-valuri fil-mira, tal-obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju, tal-għanijiet għall-konċentrazzjoni tal-esponiment medju, tal-livelli limitu ta’ allert u tal-livelli limitu ta’ informazzjoni f’valutazzjoni sommarju; il-valutazzjoni sommarju għandha tinkludi, meta jkun xieraq, iktar informazzjoni u valutazzjonijiet dwar l-ambjent kif ukoll informazzjoni dwar sustanzi niġġiesa koperti mill-Artikolu 10 u l-Anness VII.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|