+Artikolu 22 Informazzjoni pubblika
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
---+Artikolu 22 5

Artikolu 22 Informazzjoni pubblika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku kif ukoll organizzazzjonijiet adatti bħal organizzazzjonijiet tal-ambjent u tas-saħħa, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ popolazzjonijiet sensittivi u gruppi vulnerabbli, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u korpi oħra rilevanti għall-kura tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti jkunu mgħarrfa, b’mod adegwat u fil-ħin, dwar dan li ġej:

(a)

il-kwalità tal-arja f’konformità mal-Anness X;

(b)

il-post tal-punti ta’ kampjunar għas-sustanzi kollha niġġiesa tal-arja, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni fil-konformità mar-rekwiżiti ta’ kopertura tad-data għal kull punt ta’ kampjunar u għal kull sustanza niġġiesa;

(c)

kwalunkwe deċiżjoni ta’ posponiment skont l-Artikolu 18;

(d)

pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif previsti fl-Artikolu 19;

(e)

pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir stabbiliti skont l-Artikolu 20;

(f)

l-effetti tal-qabżiet tal-valuri limitu, tal-valuri fil-mira, tal-obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju, tal-għanijiet għall-konċentrazzjoni tal-esponiment medju, tal-livelli limitu ta’ allert u tal-livelli limitu ta’ informazzjoni f’valutazzjoni sommarju; il-valutazzjoni sommarju għandha tinkludi, meta jkun xieraq, iktar informazzjoni u valutazzjonijiet dwar l-ambjent kif ukoll informazzjoni dwar sustanzi niġġiesa koperti mill-Artikolu 10 u l-Anness VII.

Artikolu 22 2

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli permezz ta’ sors pubbliku, b’mod li jinftiehem faċilment, indiċi tal-kwalità tal-arja li jkopri aġġornamenti ta’ kull siegħa dwar mill-inqas id-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata (PM10 u PM2,5) u l-ożonu, dment li jkun hemm obbligu li dawk is-sustanzi niġġiesa jiġu mmonitorjati skont din id-Direttiva. Dak l-indiċi jista’ jinkludi sustanzi niġġiesa addizzjonali, meta dan ikun rilevanti. Sa fejn ikun possibbli, l-indiċi tal-kwalità tal-arja għandu jkun komparabbli madwar l-Istati Membri kollha u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-WHO. L-indiċi tal-kwalità tal-arja għandu jibni fuq l-indiċijiet tal-kwalità tal-arja fuq skala Ewropea pprovduti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u jinkludi informazzjoni rigward l-impatti fuq is-saħħa, inkluża informazzjoni mfassla apposta għall-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-indiċi tal-kwalità tal-arja pprovdut mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jużax l-indiċi pprovdut mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha ssir disponibbli referenza għal dak l-indiċi fil-livell nazzjonali.

Artikolu 22 3

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar is-sintomi assoċjati mal-ogħla livelli ta’ tniġġis tal-arja u dwar it-tnaqqis tal-esponiment għat-tniġġis tal-arja u l-imġiba ta’ protezzjoni, u għandhom iħeġġu l-wiri tagħha lill-pubbliku f’postijiet iffrekwentati minn popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli, bħall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa.

Artikolu 22 4

4.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-pubbliku rigward l-awtorità jew il-korp kompetenti maħtur għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 22 5

5.   L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bla ħlas b’mezzi tal-media u kanali ta’ komunikazzjoni aċċessibbli faċilment b’mod koerenti u li jinftiehem faċilment f’konformità mad-Direttiva 2007/2/KE u d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), filwaqt li jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa’ għal dik l-informazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.